1. IT-TNEJN (7) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (8) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦADD (13) Niċċelebraw il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej.
  1. Il-Ġabra li saret fl-aħħar tas-sena għall-familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna kienet ta’ €910 u għad-Dar tal-Providenza kienet ta’ €1515. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-ġenerożita’ tiegħu.
  1. Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza ħarġa għall-anzjani nhar l-Erbgħa 16 ta’ Jannar għand is-Sorijiet ta’ St. Joseph, ir-Rabat. Ikun hemm quddiesa, taħdita u high tea. Tluq mill-pjazza fid-9.00am. Booking mill-uffiċċju.
  1. Fis-sajf li ġej se tiġi organizzata esperjenza missjunarja fl-Albanija. Min hu nteressat li jagħmel din l-esperjenza, mitlub jiġi l-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk, li taw is-sehem tagħhom matul l-attivitajiet u ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festi tal-Milied.
  1. Nitolbu għal Carmela Catania u Alexander Tonna li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Leave a Reply