1. IL-ĦAMIS (11) Se ssir mawra għal Għawdex wara nofsinhar b’risq il-Missjoni fl-Albanija. Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukjaw fl-uffiċċju parrokjali. Infakkru bħalissa għaddejja  / għada l-Ħadd  se ssir Car wash ħdejn il-bandli ta’ wara l-knisja b’risq il-Missjoni fl-Albanija.
  1. IL-ĦAMIS (11) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-quddiesa se ssir Water Sports activity fuq iz-zuntier. It-tfal kollha huma mistiedna jieħdu sehem.
  1. IL-ĦADD (14) Bħala parti mill-attivitajiet bit-tema – Il-ħajja umana… prezzjuża u sabiħa, stitlisti tax-xahar se jipprovdu s-servizz tagħhom biex jinqata’ x-xagħar u jingħata għall-parrokki, li jintużaw għal persuni morda. Din l-attivita se ssir għand Hair by Lucille, fi triq San Gwann, il-Mosta bejn id-9am u s-1pm.
  1. IL-ĠIMGĦA 19 ta’ Lulju 2019 se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq l-appell li tqassam fi djarkom.
  1. Ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jibda jkun miftuħ għall- Adoloxenti u żgħazagħ minn 13 -il sena l-fuq, bejn is-7:30p.m. sal-10pm.
  1. Infetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li se jibda f’Settembru li ġej. Dan il-kors ta’ tħejjija għandu jsir daqs sentejn qabel id-data tat-tieġ.
  1. Matul din il-ġimgħa qed jitqassam il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Lulju, l-Appell tal-Festa li jinkludi r-rendikont tal-Festa tas-sena l-oħra u l-envelopes għall-offerta tagħkom għall-festa din is-sena. L-Envelopes se jinġabru mill-helpers tas-soltu. Imħeġġin biex nkunu ġenerużi.
  1. Nitolbu għal Hope Zammit u Eric Parnis li għaddew għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply