1. IT-TLIETA (10) Fil-11am se jsir Rużarju u Quddiesa, fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĦAMIS (12) Caritas Malta se torganizza Quddiesa għall-Anzjani, fil-Bażilika, fl-10am. Imexxi l-ET Mons Isqof Joe Galea Curmi. Kulħadd huwa mistieden jieħu sehem.
  1. IL-ĦAMIS (12) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara se jsir Camping u B.B.Q. fuq iz-zuntier. Min għandu, it-tfal mistiedna jġibu magħhom kamp.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) Fl-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesu’, fis-7pm se ssir Quddiesa  ta’ radd il-ħajr lil Alla bl-interċessjoni ta’ Brother Louis Camilleri F.S.C. Qaddej t’Alla.  Wara l-quddiesa jkun hemm adorazzjoni b’talb għal-Papa Franġisku. Fl-okkażżjoni tat-300 sena mill-mewt ta’ San Ġwann Battista de La Salle, jistgħu jinqalagħu indulġenżi plenarji jekk  jiġu osservati il-kundizzjonijiet tas-soltu. Ghal dan il-għan ser ikun hemm opportunita tal-qrar.
  1. IL-ĠIMGĦA (13) Se jerġgħu jibdew il-Laqgħa għar-Romol, organizzata mis-Support Group Marija Armla. Il-Laqgħa tibda fis-7pm, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Ir-Romol huma mistiedna jattendu.
  1. IS-SIBT (14) Niċċelebraw il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib.
  1. IS-SIBT (14) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Kappella ta’ Sant’ Anna, ż-Żebbiegħ. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. Il-ĦADD (15) Il-ġbir li jsir fil-quddies jkun l-offerta tagħna ta’ kull sena b’risq il-ħidma li l-knisja twettaq fl-Art Imqaddsa. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ karita għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa. Lkoll għandna nkunu ġenerużi.
  1. Id-duttrina fil-parroċċa tagħna se terġa tibda mit-Tnejn 30 ta’ Settembru u għal dawk li se jersqu għas-Sagrament tal-Konfermazzjoni f’Ottubru li ġej se tibda ġimgħa qabel jiġifieri fit-23 ta’ Settembru. Dawk il-ġenituri li uliedhom se jibdew jattendu l-Katekiżmu għal ewwel darba iridu jirreġistraw minn qabel. Il-ġenituri li jixtiequ aktar dettalji dwar ċ-ċentri, ħinijiet u ġranet huma mitluba jiċċekjaw minn fuq il-website tal-parroċċa – mostachurch.com jew mill-Fuljett Flimkien.
  1. Għad baqa l-aħħar postijiet għall-pelleġrinaġġ għal San Giovanni Rotondo fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Pio tal-Pjagi mill-21 sal-25 ta’ Settembru. Kull min hu nteressat għandu javża l-uffiċċju parrokkjali sat-Tnejn.
  1. Nitolbu għal Joseph Muscat u Calvin Karl Cachia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply