1. IT-TNEJN (2) Fis-7p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (3) L-Azzjoni Kattolika Nisa se tagħti bidu għas-sena soċjali tagħha, b’laqgħa li tibda biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, li se ssir fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata. Imexxi Dun Ġwann Sammut. Kulħadd mistieden.
  1. IT-TLIETA (3) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan animata mill-Grupp Kariżmatiku Paċi u Sliem, fil-kappella tas-sorijiet Agostinjani, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm.
  1. IL-ĦAMIS (5) Ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, fil-Bażilika, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĦAMIS (5) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, huma mistiedna jieħdu sehem it-tfal tal-parroċċa u wara se jsir logħob fuq iz-zuntier.
  1. IL-ĦADD (8) Niċċelebraw is-solennità tal-festa tat-twelid tal-Verġni Marija.

Leave a Reply