1. IL-ĦADD (11) L-Ewwel Jum tat-Tridu. Fid-8.45a.m. se ssir t-tiġrija tar-roti għall-adulti fi Triq il-Kostituzzjoni. Il-Quddiesa tal-ħin tal-5.30p.m. se ssir fil-katekumenju, minħabba li fis-6.00pm. is-saċerdot novell Dun Jean Gove se jmexxi Quddiesa ta’ Radd il-ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju.
  1. IT-TNEJN (12) It-Tieni jum tat-Tridu. Il-mistiedna speċjali għall-quddies tas-6.30pm se jkunu l-anzjani u l-morda tal-Parroċċa. Dawk li għandhom bżonn trasport għandhom jibbukjaw fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IT-TLIETA (13) It-Tielet Jum tat-Tridu. Ikun hawn ħin għall-qrar fil-Bażilika mid-9.00am sa 12.00pm u mill-4pm sas-6.00pm. Il-quddies tas-6:30p.m. se titmexxa minn Dun Joe Buhagiar b’radd ta’ ħajr lil Alla f’għeluq il-25 sena anniversarju mis-Saċerdozju. Għal din iċ-ċelebrazzjoni se jieħdu sehem ukoll ir-Reliġjużi u s-Saċerdoti Mostin.
  1. L-ERBGĦA (14) Lejliet il-Festa. Fit-8:30a.m. quddiesa kantata li fiha jitkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr: it-Te Deum. Fil-5:30p.m., quddiesa tal-Vġili u fis-6:45p.m. tibda t-tranżlazzjoni solenni tar-Relikwija mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ sal-Bażilika. Wara jitkanta l-ewwel għasar u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IL-ĦAMIS (15) Jum il-Festa. Fis-6.00am, fis-7.00am u t-8.00am. quddies ta’ Jum il-Festa. Wara tas-7.00am isir t-tqarbin tal-morda fi djarhom. Fid-9.15am tibda l-Konċelebrazzjoni solenni tal-festa, mmexxija mill-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna. Fil-11:00am ssir quddiesa fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja u fil-11:30am jkun hawn quddiesa oħra fil-Bażilika. Fil-5:00pm. quddiesa u fis-6:00pm jitkanta l-Għasar solenni. Fis-6:45p.m. tibda ħierġa l-purċissjoni bil-vara ta’ Santa Marija. Inħeġġu lil kulħadd biex ninġabru flimkien u nitolbu t-talba tar-rużarju wara x-xbieha ta’ Ommna Marija, hekk kif noqorbu lejn triq il-ġnejna. Il-purċissjoni tidħol fl-10.30pm u nagħlqu l-festa bil-barka sagramentali.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) l-għada tal-festa, l-quddies tas-6.00am ma ssirx.
  1. IL-ĦADD (18) Fil-5.00pm jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-magħmudija.
  1. Navżaw li matul din il-ġimgħa l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq. Jerġa jkun miftuħ it-Tnejn 19 ta’ Awwissu.
  1. It-Tlieta 20 ta’ Awwissu se jsir Bar-B-Que fl-Oratorju Marija Immakulata b’risq il-missjoni fl-Albanija. Booking mill-uffiċċju Parrokkjali.
  1. Il-ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra b’risq il-festa kienet ta’ €3,115.
  1. Nitolbu għal Tessie Bartolo u Marija Agius li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..
  1. L-Arċipriet, l-Kleru tal-parroċċa u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba.

Leave a Reply