1. IL-ĦADD (12) It-Tieni jum tat-Tridu. Fid-8.45a.m. se ssir t-tiġrija tar-roti għall-adulti. Fid-9:30a.m. se jsir pellegrinaġġ bir-roti madwar it-toroq tal-Mosta bis-sehem tat-tfal u ċ-ċiklisti kollha, nitilqu minn ħdejn id-dar Parrokkjali. Il-Quddiesa tal-ħin tal-5.30p.m. se ssir fil-katekumenju. Fis-6.30p.m., quddiesa fil-Bażilika li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-anzjani u l-morda tal-Parroċċa.
  1. IT-TNEJN (13) It-Tielet Jum tat-Tridu. Bejn id-9am u nofsinhar u l-4pm u s-6pm, fil-Bażilika jkun hemm il-Qrar. Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem tar-Reliġjużi u tas-Saċerdoti Mostin.
  1. IT-TLIETA (14) Lejliet il-Festa. Fit-8:30a.m., quddiesa kantata li fiha jitkanta l-Innu ta’ Radd il-Ħajr, t-Te Deum. Fil-5:30p.m., quddiesa tal-Vġili fil-Bażilika u fis-6:45p.m. tibda t-translazzjoni solenni tar-Relikwija mill-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ sal-Bażilika. Wara jitkanta l-ewwel għasar u tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. L-ERBGĦA (15) Jum il-Festa. Fis-6, fis-7 u t-8am. quddies ta’ Jum il-Festa. Wara tas-7am isir t-tqarbin tal-morda fi djarhom. Fid-9:15am tibda l-Konċelebrazzjoni solenni tal-festa, mill-E.T. Mons Arċisqof Charles J. Scicluna. Hawn nilħqu l-qofol tal-festa u lkoll mistednin nieħdu sehem f’din il-quddiesa. Fil-11:00am tibda quddiesa fil-katekumenju ta’ wara l-Knisja u fil-11:30am tibda quddiesa oħra fil-knisja Arċipretali. Filgħaxija, issir Quddiesa oħra fil-5:00p.m. u fis-6:00pm isir Għasar solenni. Fis-6:45p.m. toħroġ il-purċissjoni bil-vara ta’ Santa Marija.
  1. IL-ĦAMIS (16) l-għada tal-festa, l-ewwel quddiesa tkun fis-7:00am. Ma jkunx hawn tas-6:00a.m.
  1. Navżaw li matul din il-ġimgħa l-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq. Jerġa jkun miftuħ it-Tnejn 20 ta’ Awwissu.
  1. Aktar dettalji u informazzjoni b’ritratti tal-festa jinsabu fuq paġna ta’ facebook: Mosta Parish.
  1. L-Altar u l-Ambone li kellna qabel se jibqgħu jintużaw peress li ngħataw lill-parroċċa ta’ San Bastjan Ħal Qormi u tpoġġew fil-kripta. B’hekk ingħaqdu ma xogħol ieħor tal-artist Mosti Ganni Bonniċi.
  1. L-Arċipriet, l-Kleru tal-parroċċa u l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lil kulħadd il-festa t-tajba.

Leave a Reply