1. IT-TNEJN (16) Jum il-Mosta, il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali.
  1. L-ERBGĦA (18) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (19) Fis-6:30p.m. se jkollna l-aħħar Quddiesa animata għat-tfal tul il-vaganzi tas-Sajf. Wara l-Quddiesa se jsiru Water games fuq iz-zuntier. Mill-ġimgħa ta’ wara l-Adorazzjoni terġa tibda ssir nhar ta’ Ħamis flok il-Ġimgħa.
  1. IS-SIBT (21) Is-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awwissu ser torganizza nofs ta’ nhar għoti tad-demm mit-8.30am  sas-00pm, fil-car park tal-Pjazza Rotunda biswit il-knisja, fejn ser ikun hemm il-Mobile Blood Donation Unit. Lkoll mitlubha li nkunu ġenerużi u nagħtu d-demm. Importanti li kull min jersaq biex jagħti d-demm jippreżenta l-karta tal-identita’.
  1. IL-ĦADD (22) Fil-5:00p.m., fil-Bażilika issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. Il-Playgroups tal-Mother & Baby Club se jerġgħu jibdew minn Ottubru li ġej. Id-dettalji kollha jinsabu fil-programm tal-parroċċa għax-xahar ta’ Settembru.
  1. Nitolbu għal Pacifika Deguara, Joseph Muscat u Maria Degiorgio li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…………..

Leave a Reply