1. IT-TLIETA (19) L-Azzjoni Kattolika qed torganiżża nofstanhar ta’ talb u riflessjoni fl-Oratorju Marija Immakulata. Jibda bil-quddiesa fid-9.30am. Imexxi Dun Jimmy Bonniċi. Kulħadd mistieden.
  1. IT-TLIETA (19) Se jsir talb għall-fejqan b’quddiesa animata mill-grupp Kariżmatiku Paċi u Sliem, fil-kappella tas-sorijiet Franġiskani Pax et Bonum, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm.
  1. L-ERBGĦA (20) Fl-4:30p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10.00am, animata mis-Superjur Joe Fenech.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Festa tal-Katedra ta’ San Pietru. Jum b’rabta speċjali mat-titlu tal-Bażilika Minuri tal-Papa. Il-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika tkun bil-kant u bil-prietka.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li uliedhom qiegħdin mit-2 sal-5 sena. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IL-ĦADD (24) Il-Quddiesa tad-9:30a.m., fil-Bażilika, se tkun bis-sehem tal-Addoloxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Wara l-quddiesa ikun hemm laqgħa.
  1. Fuq iz-zuntier qed isir il-bejgħ tal-ktieb li l-parroċċa ħarġet b’tifkira ta’ meta ir-Rotunda tagħna ġiet mgħollija għad-dinjita ta’ Bażilika Minuri tal-Papa u fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija tas-sena li għaddiet.

Leave a Reply