1. L-ĦADD (17) Issir il-festa tal-Madonna tal-Isperanza, fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa kantata.
  1. L-ERBGĦA (20) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.00p.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom qiegħdin bejn it-2 u l-5 sena tal-Katekiżmu. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù fis-7:00p.m.
  1. IL-ĦADD (24) Fil-Quddiesa tal-11am se jsir it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika.
  1. Il-ĦADD (24) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna se tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn se ssir Ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re.
  1. Infakkru fil-Quddiesa li qed issir, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fiċ-ċimiterju, fl-4p.m.
  1. Ħarġu r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta. Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website: knisja.mt.
  1. Bi preparazzjoni għall-Assemblea Parrokkjali qed tittella’ wirja fil-Bażilika dwar il-ħidma pastorali fil-Parroċċa. Tajjeb li ilkoll inħossu l-bżonn li jkollna sehem dirett f’din il-ħidma billi nitolbu lil Alla jberikha.
  1. Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Christmas Village li se jiġi organizzat mill-Parroċċa tagħna, mit-12 sal-15 ta’ Diċembru se ssir kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal u żgħażagħ. Għal din il-kompetizzjoni se jkun hemm tlett kategoriji, skond l-etajiet. Aktar dettalji se jingħataw fl-iskejjel, fiċ-ċentri tad-Duttrina jew minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
  1. Nitolbu għal Eddy Bal, Anthony Bonnici u Alfred Coster li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ….

Leave a Reply