1. IL-ĦAMIS (22) se ssir il-festa ta’ Marija Reġina – Ottava tal-Assunta. Fis-6:30p.m. quddiesa fil-Bażilika u wara l-vara ta’ Santa Marija tiddaħħal lura fin-niċċa. Kulħadd huwa mħeġġeġ jieħu sehem.
  1. Baqa’ xi applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li se jibda f’Settembru li ġej. Dan il-kors ta’ tħejjija għandu jsir daqs sentejn qabel id-data tat-tieġ. Aplikazzjonijiet fl-uffiċċju parrokjali matul din l-ġimgħa.
  1. Il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu, l-Kummissjoni Festa Santa Marija flimkien mal-Grupp Armar Marija Assunta se jorganizzaw Ikla ta’ wara l-Festa fil-parking area ta’ ħdejn il-Knisja. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboard. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mill-membri tal-armar.
  1. Infakkru fil-pellegrinaġġ għal San Giovanni Rotondo fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Pio tal-Pjagi mill-21 sal-25 ta’ Settembru. Inżuru wkoll Pompei u postijiet oħra. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. L-Arċipriet u l-kleru flimkien mall-kunsill Pastorali Parrokkjali jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadmu u għenu jew taw il-kontribuzzjoni tagħhom fil-festa li ġiet iċċelebrata f’ġieħ Marija mtellgħa s-sema, fil-parroċċa tagħna. Grazzi ħafna.
  1. Nitolbu għal Joseph Mizzi li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej….

Leave a Reply