1. L-ĦADD (18) Issir il-festa tal-Madonna tal-Isperanza, fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa kantata.
  1. IT-TLIETA (20) Se ssir Adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (20) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan, mill-grupp Kariżmatiku ‘Paċi u Sliem’, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm.
  1. L-ERBGĦA (21) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-Kappella ta’ San Anton, fl-4.30p.m. li tibda bil-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (23) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (24) Se ssir Quddiesa għall-ġenituri li tilfu lil xi ħadd minn uliedhom, fil-kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. Il-ĦADD (25) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna se tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn se ssir Ċelebrazzjoni ta’ Kristu Re.
  1. Infakkru fil-Quddiesa li qed issir, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fiċ-ċimiterju, fl-4p.m.
  1. Għadu kemm ġie publikat minn Dun Pawl Sciberras it-tieni volum ta’ riflessjonijiet bl-Ingliż fuq il-qari tal-quddiesa fil-jiem kollha ta’ matul il-ġimgħa għas-Sena I, li tibda fl-Avvent li ġej. Min jixtieq jakkwista kopja għal €15 kull kopja jista’ jagħmel dan mis-sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Il-Kummissjoni Familja se torganizza Kors ta’ 7 laqgħat għall-miżżewġin kollha. F’dan il-Kors il-koppja jkollhom ċans jitkellmu bejniethom. Is-Sessjonijiet se jsiru is-Sibtijiet filgħaxija u jibdew fit-12 ta’Jannar 2019. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mall-Christmas Village li se jiġi organizzat mill-Parroċċa tagħna, fil-15 u 16 ta’ Diċembru se ssir kompetizzjoni tat-tpinġija għat-tfal u żgħażagħ. Għal din il-kompetizzjoni se jkun hemm tlett kategoriji, skond l-etajiet. Aktar dettalji se jingħataw fl-iskejjel, fiċ-ċentri tad-Duttrina jew minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.
  1. Nitolbu għal Stella Buttigieg, Mary Cuschieri, Carmela Mifsud, Victoria Saliba, Helen Spiteri u Rita Farrugia li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ….

Leave a Reply