1. IT-TNEJN (3) Fis-6p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju.
  1. IT-TNEJN (3) Se jerġgħu jibdew il-laqgħat tax-xebbiet, li jsiru kull nhar ta’ Tnejn, fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-6:30pm.
  1. IT-TLIETA (4) L-Azzjoni Kattolika Nisa se tagħti bidu għas-sena soċjali tagħha, b’laqgħa li tibda biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, li se ssir fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata. Imexxi Dun Ġwann Sammut. Kulħadd mistieden.
  1. IL-ĦAMIS (6) Ikun hawn il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, fil-Bażilika, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IS-SIBT (8) Festa tat-twelid tal-Verġni Marija. Xieraq li nqaddsu dan il-jum bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Il-ħin tal-Quddies filgħodu jkun bħal nhar ta’ xogħol u jkun hawn quddiesa oħra fl-10am.
  1. IL-ĦAMIS 13 ta’ Settembru se sir attivita għat-tfal tal-parroċċa, fil-5p.m. fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Din l-attivita hi organizzata mill-Kummissjoni Tfal. It-Tfal se jagħmlu t-tajr u jkollna logħob tradizzjonali fuq iz-zuntier. Jekk hawn min jixtieq jgħinna jagħmel t-tajr nitolbuh javviċinana fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien, kif ukoll il-fuljett tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Settembru u informazzjoni dwar ġranet u ħinijiet tad-duttrina għas-sena kateketika li jmiss. Minħabba l-liġi l-ġdida dwar informazzjoni miżmuma, iż-żewġ ġenituri jridu jmorru japplikaw minn qabel biex uliedhom jattendu għall-Katekiżmu. Il-ġranet ta’ meta se jsiru l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha jinsabu ukoll fil-fuljett tal-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Anthony Borg li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply