1. IL-ĦADD (2) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m. fil-Bażilika, it-tfal huma mħeġġa li jġibu l-Girlanda tal-Avvent biex iberkuha.
  1. IT-TNEJN (3) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4pm.
  1. IL-ĦAMIS (6) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĦAMIS (6) Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir tal-Avvent għal anzjani, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fid-9am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (7) Fis-7:30p.m. se ssir Velja ta’ Talb quddiem Ġesu’ Sagramentat, fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li tispiċċa biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa li tibda fid-9am. Din il-velja se tkun imxandra fuq Radju Marija.
  1. IS-SIBT (8) niċċelebraw il-festa tal-Kunċizzjoni. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem fil-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun bħal nhar ta’ Sibt. Fil-Bażilika jkun hawn Quddiesa oħra fl-10am. Fil-knisja tal-Kunċizzjoni ta’ ħdejn Ta’ Qali ssir quddiesa fid-9am.
  1. IS-SIBT (8) Bħala parti mill-programm tal-festival internazzjoni tal-Korijiet, se jsir kunċert minn diversi korijiet barranin, fil-Bażilika fit-8:30pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. IL-ĦADD (9) Se tiġi organizzata Ikla buffett għal nofsinhar, fl-Lukanda Buġibba, għaż-żmien tal-Milied. Aktar dettalji jinsabu fil-fuljett flimkien u fiq in-notice boards.Qed jitqassam fid-djarkom il-Fuljett Flimkien, fil-paġni tan-nofs għandkom issibu il-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Diċembru. Qed jitqassam ukoll il-programm tal-Christmas Village u programm għaż-żmien l-avvent u l-Milied, li fih ħsieb għal kull jum tal-Avvent biex min jixtieq jista’ jitlob permezz tiegħu u jħejji ruħu għall-Avvent.
  1. Nitolbu għal Mary Brincat, Lucy Woods, Sr Ludovina Mallia Franġiskana u Martino Sciberras li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply