1. IL-ĦADD (20) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fl-10:00a.m.
  1. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Quddiesa tal-5:00p.m., ta’ nhar is-Sibt li ġej, se ssir bħas-soltu, fil-Bażilika, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja. Il-quddies ta’ nhar l-Ħadd tal-5.30pm ssir wkoll fil-Katekumenju flok fil-bażilika. Matul din l-ġimgħa nitolbu għall-adoloxxenti li se jirċievu dan is-sagrament.
  1. Il-Parroċċa tal-Mosta se torganizza esperjenza ta’ Volontarjat fil-parroċċa ta’ Livada ir-Rumanija. F’din L-esperjenza ser nkunu qed nagħtu sehem fi proġett ta’ tisbiħ mad-dawra tal-Knisja li bħalissa qed tinbena għal komunita u fis-summer camp għat-tfal. Apparti dan ser ikollna ukoll possibilta naħdmu mal-Homeless. Din L-esprjenza ta’ madwar 15-il ġurnata ser issir fil-ġranet tal-aħħar ġimgħa u l-ewwel ġimgħat ta’ Settembru. Applikazzjonijiet jistaw jinkisbu mill-Bażilika matul dan il-weekend jew mil-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Nhar is-Sibt 9 ta’ Novembru se ssir serata għat-tfal bl-isem ‘St. Martin’s night’. Din l-attività hi mtellgħa mit-tfal stess u se ssir fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Bejn it-12 u l-15 ta’ Diċembru, il-Parroċċa tagħna se torganizza Christmas Village, fil-parking area ta’ ħdejn il-Bażilika. Kull min hu interessat li jtellgħa xi stand ħa jbiegħ xi oġġetti jew jieħu sehem fil-programm ta’ divertiment li se jkun hemm, huwa mistieden javviċina fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Joseph Riolo li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply