1. IL-ĦADD (21) Se ssir il-Festa tas-Sagra Familja, fil-Bidnija. Fis-6:30p.m. Quddiesa kantata u wara ssir purċissjoni bl-istatwa tas-Sagra Familja.
  1. IT-TNEJN (22) Se ssir attivita għall-adoloxxenti u għaż-żgħazagħ, f’Tat-Targa Battery bit-tema l-Ħajja umana… prezzjuża u sabiħa bejn is-6.00pm u t-8.00pm. Din l-attivita se tkun mimlija b’logħob organizzat mill-Iscouts, kif ukoll diskussjoni. Se jiġi organizzat trasport mill-Pjazza tal-Mosta fil-5:30p.m. Kull min għandu bżonn trasport irid jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IL-ĦAMIS (25) Wara l-quddiesa tas-6:30p.m. li qed tkun animata għat-tfal, se jsiru logħob tal-Atletika, fil-grawnd tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Propju din l-attivita se ssir fil-ftuħ uffiċċjali tal-grawnd wara diversi xogħlijiet li saru fosthom il-bdil tat-turf. Progett ta’ ’l fuq minn €60,000, li ġie iffinanzjat mill-MFA bil-kordinament tal-Mosta Gunners, li se jkunu qed jamministraw dan il-grawnd.
  1. IL-ĠIMGĦA (26) Se ssir Adorazzjoni, fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (26) Il-proġett tar-restawr ta’ 14-il pittura wasal fi tmiemu; se ssir laqgħa ta’ formazzjoni fil-bażilika fis-7.15pm., fejn Dun Pawl Sciberras se jaqsam riflessjonijiet spiritwali u bibliċi dwar Marija Santissma. Fit-tieni parti tal-laqgħa l-kumpanija li rrestawrat il-pitturi se tagħmel preżentazzjoni dwar l-interventi li saru.
  1. IS-SIBT (27) Wara l-quddies tas-6.30pm se ssir adorazzjoni sagramentali fil-Bażilika sal-10.00pm, bi tħejjija spiritwali għall-festa li twasalna biex niċċelebraw flimkien. Tajjeb li nsibu ftit ħin fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  1. IT-TNEJN 29 TA’ LULJU Isir l-ħruġ tal-vara minn niċċa wara l-quddiesa tas-6:30p.m. Wara se jsir pellegrinaġġ bir-roti. Fit-8:00p.m. se ssir Festa Familja fil-Pjazza tal-Mosta. Għal din l-attivita se jkun hemm programm ta’ divertiment, post ta’ logħob għat-tfal, ikel u xorb u ħafna aktar. Inħeġġu lil kulħadd ikun preżenti biex nibdew l-festa flimkien.
  1. Matul din il-ġimgħa se jitqassam fid-djar il-programm tal-festa u se jkompli jsir il-ġbir ta’ l-envelopes bl-offerta tagħkom għall-festa minn nies inkarigati. Min jixtieq jista jġib l-envelope miegħu l-knisja.
  1. Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija, il-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu se ssir Lejla Maltija fl-Oratorju Marija Immakulata. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew mingħand il-helpers tas-soltu.
  1. Fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Piju tal-Pjagi, il-parroċċa se torganizza vjaġġ għall-San Giovanni Rotondo mill-21 sal-25 ta’ Settembru. Se nżuru diversi postijiet ta’ interess u nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru f’dan l-anniversarju. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Maria Debattista li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…..

Leave a Reply