1. IT-TNEJN (23) Il-Quddiesa tat-7:45am se terġa tibda tkun animata għat-tfal qabel l-iskola.
  1. IT-TNEJN (23) Jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu għall-Addoloxenti li f’Ottubru se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħat isiru fiċ-ċentri tal-Katekiżmu.
  1. IT-TNEJN (23) se jerġa jibda jiltaqa’ l-Grupp Full Joy, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-5:45pm. isir tagħlim ta’ kant ta’ Evanġelizazzjoni u fis-7:30p.m. Adorazzjoni. Kull min jixtieq aktar dettalji jista jieħu flyer minn ħdejn il-bieb tan-nofs tal-Knisja jew mingħand il-membri tal-grupp minn fuq iz-zuntier.
  1. IT-TLIETA (24) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (24) Se jsir Seminar għall-Katekisti kollha bejn l-5:00p.m. u t-8:00p.m. fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IL-ĠIMGĦA (27) ) Se ssir Adorazzjoni fiċ-ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĦADD (29) Se tibda mill-ġdid is-Sunday School, katekeżi għall-familja kollha fl-Oratorju Marija Immakulata. Fis-9am ssir ir-registrazjoni u fid-9:30p.m. nibdew l-laqgħat.
  1. Infakkru li minn din il-ġimgħa l-Adorazzjoni ta’ filgħaxija, fil-Bażilika, se terġa tibda issir nhar ta’ Ħamis.
  1. Nitolbu għal Victor Galea, Salvu Vassallo, Carmena Bezzina u Victoria Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…………..

Leave a Reply