1. IL-ĦADD (23) Niċċelebraw il-festa ta’ Corpus. Filgħaxija wara l-Quddiesa tal-5:30p.m. toħroġ il-purċissjoni bis-Sagrament akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Tibda l-ġimgħa Ewkaristika li se titqassam b’dan il-mod:
  • It-Tnejn Adorazzjoni fil-kappella taċ-Ċentru Sant Andrija mit-3pm sas-6pm.
  • It-Tlieta Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fis-9am, Fil-knisja Sagra Familja, fil-Bidnija Adorazzjoni mill-5:00p.m. sas-6:30p.m.
  • L-Erbgħa jum ta’ Adorazzjoni fil-Knisja Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit li jibda fit-8am.
  • Il-Ħamis jum ta’ Adorazzjoni fil-kappella taz-Zona ta’ Santa Margerita li jibda fid-9am. Fis-7:00p.m. se jsir il-Vjatku lil morda taz-zona Santa Margerita.
  • Fil-Bażilika, mit-Tnejn sal-Ħamis se ssir siegħa Adorazzjoni mill-5:30p.m. sas-6:30p.m. u wara Quddiesa kantata.
  1. IT-TLIETA (25) Fil-Quddiesa tat-8:30a.m., fil-Bażilika se jieħdu sehem it-tfal tal-iskola primarja li għadhom kemm irċivew l-Ewwel Tqarbina. Ta’ min jinnota li tieħu aktar ħin mis-soltu.
  1. IL-ĠIMGĦA (28) Niċċelebraw s-Solennita tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesu. Fid-9:00a.m., fil-Bażilika tibda ġurnata Adorazzjoni, animata mill-membri tal-għaqdiet tal-parroċċa. Fis-6:30pm quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bis-Ss.mu Sagrament li fiha jieħdu sehem it-tfal tal-praċett. Il-purċissjoni tgħaddi mit-toroq: Pjazza Rotunda, Kbira, Oratorju, Barrieri, Rebbiegħa, EB Vella, Rebbiegħa, Anġlu Gatt, Kungress Ewkaristiku u Pjazza Rotunda. Fi Triq EB Vella se ssir waqfa mill-purċissjoni għal mument ta’ Talb u jsir it-tiġdid tal-konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fi tmiem il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali.
  1. IS-SIBT (29) Sollennita ta’ San Pietru u San Pawl. Xieraq li nqaddsu dan il-jum billi nieħdu sehem fil-Quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Sibt. Fil-Bażilika jkun hemm quddiesa oħra fl-10am.
  1. IS-SIBT (29) il-fundraising group tal-Parroċċa se jorganizza BBQ tal-Imnarja, fl-Lukanda l-Mellieħa. Dettalji ta’ din l-attivita jinsabu fuq in-notice. Lkoll imħeġġin nieħdu sehem.
  1. IL-ĦADD (30) Fil-5p.m., fil-Bażilika, ssir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦADD (30) Issir il-festa tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-6.00pm ssir adorazzjoni animata miz-ZAK Mosta u fis-7:00p.m. quddiesa kantata. Wara jkun hemm ħin soċjali għal kulħadd.
  1. Matul iż-żmien tas-Sajf, kull nhar ta’ Ħamis il-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-Quddiesa se jibdew isiru diversi attivitajiet sportivi u soċjali. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jattendu. Dettalji tal-attivitajiet li se jsiru fix-xahar ta’ Lulju jistgħu jinġabru mis-sagristija jew minn ħdejn il-bieb tal-Knisja.
  1. L-Adorazzjoni li ssoltu ssir kull nhar ta’ Ħamis, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, se tibda ssir il-Ġimgħa.
  1. IT-TLIETA 2 TA’ LULJU Se ssir laqgħa għal dawk kollha li jqassmu l-programmi u l-fuljetti fid-djar. Il-laqgħa se ssir fil-Kor tal-Bażilika, fis-7p.m. Dawk kollha li jagħtu dan is-servizz huma mħeġġa biex jattendu.
  1. Nitolbu għal Philip Fenech li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih o Mulej…..

Leave a Reply