1. IT-TNEJN (29) Wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika se ssir ċelebrazzjoni Marjana li fiha l-vara titulari titqiegħed f’postha għall-jiem tal-festa. Wara se jsir pellegrinaġġ bir-roti. It-tfal li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jimlew formola bil-kunsens tal-ġenituri, kopji tal-formoli qiegħdin ħdejn il-bieb ta’ barra. Fit-8:00p.m., fil-pjazza tal-Mosta, se ssir Festa Familja, b’varjeta’ ta’ ikel, xorb u logħob għat-tfal.
  1. IT-TLIETA (30) Tibda l-Kwindiċina, ħmistax il-jum ta’ preparazzjoni għall-festa. It-Tema magħżula għal din is-sena hi “Marija tirrifletti s-sbuħija tal-ħajja umana”. Fil-programm tal-festa li tqassam fi djarkom hemm riflessjoni qasira għal kull jum, biex b’hekk lkoll inħejju ruħna spritwalment.
  1. It-Tlieta filgħaxija fis-7:00pm ssir quddiesa fiz-zona ta’ Ta’ Mlit, fi Triq Manwella, ħdejn il-grawnd tal-futboll. Wara jsir pellegrinaġġ bit-talba tar-Rużarju, li jgħaddi mit-toroq: Manwella, Valletta, Sajf, Ponsomby, Torri, Oratorju, Kbira, għall-Bażilika. Fejn issir l-Antifona u l-Barka Sagramentali. Fis-6:30p.m. se titlaq coach minn quddiem il-Bażilika għall-post fejn se ssir il-Quddiesa.
  1. Matul din il-ġimgħa se jsiru ċelebrazzjonijiet tal-Kwindiċina fiz-zoni tal-parroċċa. L-Erbgħa (31) fiz-zona ta’ Santa Margerita, Il-Ħamis (1) fiz-zona ta’ Sant Andrija u l-Ħadd (4) fiz-Zona tal-Bidnija. Fil-Bażilika wara l-Quddiesa tas-6:30p.m. titkanta l-Antifona u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
  1. Il-ĦAMIS (1) Fil-Bażilika, ikun hawn il-Qrar bi thejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĦAMIS (1) Se ssir Ċelebrazzjoni għaż-żgħażagħ. Fis-7.30p.m. se ssir quddiesa fil-katekumenju u wara se ssir attività wara tal-Knisja, organizzata mill-KPAZ.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., huma mistiedna speċjali l-ġenituri kollha.
  1. IL-ĠIMGĦA (2) Fl-Okkażżjoni tal-Festa ta’ Santa Marija se ssir Lejla Maltija fl-Oratorju Marija Immakulata. Booking miftuħ sa nhar l-Erbgħa mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. IS-SIBT (3) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., se jieħdu sehem il-membri tal-Kunsill Lokali, il-membri tal-għaqdiet soċjali u ċiviċi tal-Mosta. Wara l-Quddiesa se jsir Korteo mill-Bażilika sa ħdejn l-istatwa ta’ Santa Marija fi Triq it-Torri.
  1. Il-ĦADD (4) Fil-4:45p.m. issir iċ-Ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Magħmudija. Fil-5:30p.m. tibda l-Quddiesa u wara jsir l-preżentazzjoni tat-trabi u tfal żgħar lill-Assunta.
  1. Il-ġbir li jsir fil-Quddies ta’ nhar il-Ħadd li ġej se jkun b’risq il-festa ta’ Santa Mariija. Nitolbukhom tkunu ġenerużi.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Awwissu mis-sagristija.

Leave a Reply