1. IT-TLIETA (11) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (13) Se jsir il-ftuħ ta’ Wirja ta’ Presepji fil-Maħżen tal-Armar, fil-Pjazza tal-Mosta.
  1. IS-SIBT (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika.
  1. IS-SIBT (15) Nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Fil-quddiesa tal-5:00p.m. fil-Bażilika se jieħdu sehem it-tfal tal-parroċċa, filwaqt li fil-Quddiesa tas-6:30p.m., se ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda.
  1. IS-SIBT (15) Se ssir L-Adorazzjoni tal-Qdusija tal-kleru u l-Vokazzjonijiet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad. Tibda fl-9.00pm bil-quddiesa u tkompli bl-Adorazzjoni sal-11p.m. Ikun hawn trasport mil-pjazza.
  1. Matul il-weekend li ġej, il-Parroċċa se torganizza Christmas Village, fil-pjazza tal-Mosta. Is-Sibt, fit-3pm, it-tfal tal-parroċċa, flimkien mal-ġenituri tagħhom se jinġabru miċ-ċentri tad-Duttrina, bi trasport apposta. Fit-3:30p.m. se jsir il-Ftuħ tal-Christmas Village, b’mixja ta’ ferħ, flimkien mal-personaġġi tal-presepju, minn ħdejn il-monument tal-Qalbiena Mostin sal-Pjazza. Għal dawn il-jumejn fil-parking Area tal-pjazza se tintrama tinda kbira u se jkun hemm programm ta’ Entertainment, Presepju Ħaj, Wirjiet, Fiera, Stands b’ħafna oġġetti għal bejgħ, Area għat-tfal, ikel u ħafna iżjed. Għal faċilita ta’ kulħadd se jkun hemm park and ride mill-parking tal-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta, ħdejn l-MCAST għall-pjazza. Aktar dettalji jinsabu fil-flyer li tqassam fid-djarkom.
  1. IL-ĦADD (16) Fil-5p.m. se ssir Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, fil-Bażilika.
  1. IL-ĦADD (16) Se jsir kunċert ta’ mużika klassika, għal żmien il-Milied, mill-Kor Mirabitur, fil-Bażilika tal-Mosta fis-6:30p.m. Dan il-programm se jkun ta’ siegħa. Kulħadd huwa mistieden.
  1. Il-ġabra li saret nhar il-Ħadd li ġej b’risq il-Parroċċa kienet ta’ €2,250. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Jimmy Mifsud u Rina Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply