1. IT-TNEJN (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru. Lkoll mħeġġin biex matul dan ix-xahar nitolbu r-Rużarju b’ħeġġa u devozzjoni. Tajjeb li nitolbu din t-talba fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ Nisranija fil-knejjes. Fil-Knisja Arċipretali r-Rużarju jingħad wara l-Quddiesa tas-7:00a.m. u qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. IT-TNEJN (1) issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju fis-6.00pm. 
  1. L-ERBGĦA (3) Se ssir Quddiesa għal ruħ dawk li mietu fix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru. Il-Quddiesa se tkun fil-Bażilika tal-Mosta, fis-6:30p.m.
  1. Il-ĦAMIS (4) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur għall-qrar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm., bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĦAMIS (4) Se ssir laqgħa għall-Katekisti kollha tal-parroċċa, fiċ-ċentru Sant Andrija, fis-7:00p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (5) Fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Anzjani, se ssir Quddiesa għall-Anzjani, organizzata mill-Caritas Malta, fil-Bażilika, fid-9.30a.m., li se titmexxa mill-ET. Mons Isqof Joe Galea Curmi. Il-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa tagħna se torganizza trasport għal Anzjani li jixtiequ jattendu. Kull min irid trasport għandu jibbukkja fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. IL-ĠIMGĦA (5) Se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju li ġej. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Sant’ Andrija, fis-7:30pm.
  1. IL-ĦADD (7) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza, Kbira, Stivala, Pjazza Dun Ang Camilleri, Barrieri, Gaa, Kungress Ewkaristiku, għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Leġjun ta’ Marija qed jorganizza Rużarju kull nhar ta’ Erbgħa, ħdejn il-Kappella tal-Isperanza u kull nhar ta’ Ġimgħa ħdejn il-kappella ta’ San Anton Abbati, fis-7:00p.m.
  1. L-ERBGĦA ( l-Erbgħa se jerġgħu jibdew il-Coffee Mornings organizzati mill-fundraising group tal-parroċċa. Dawn ikun fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Booking mingħand il-helpers tas-soltu.
  1. Fid-Dawl tal-ittra pastorali tal-Isqfqijiet tagħna u fil-kuntest li issa l-Knisja tagħna ingħatat it-titlu ta’ Bażilika, il-parroċċa tagħna se timpenja ruħa biex għal din is-sena li ġejja, tiġbor u tħallas appartament li fih ikun jistgħu joqgħodu persuni bħala dar. Għal din l-inizjattiva fin-nofs tal-Bażilika hemm kaxxa biex fiha lkoll mistiedna nieħdu l-impenn tagħna u npoġġu d-donazzjoni kull xahar. B’dan l-impenn inkunu qed inwettqu l-kliem ta’ Ġesu meta qalilna “Ilqa lil min hu bla dar”
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-bażilika.
  1. Nitolbu għal Anthony Muscat u Carmelo Deguara li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…………..

Leave a Reply