1. Matul din il-ġimgħa se nkomplu l-preparazzjoni tagħna għall-festa ta’ Santa Marija, permezz ta’ rifflessjonijiet li se jaqsam magħna Fr Sinclair Bugeja, fil-Quddies ta’ filgħaxija. Infakkru li t-tema magħżula għal din is-sena hi Marija tirrifletti s-Sbuħija tal-Ħajja Umana.
  1. IL-ĦADD (4) Fil-4:45p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija, fil-5:30p.m. Quddiesa u wara ssir l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Assunta.
  1. IT-TNEJN (5) Fil-Quddiesa tas-6:30p.m., Dun Emanuel Camilleri imexxi Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla f’għeluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Matul il-Quddiesa se nitolbu ukoll għal dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra l-hawn.
  1. IT-TLIETA (6) Fis-6:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-familji kollha tal-parroċċa tagħna, b’mod speċjali dawk il-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali. Waqt l-offerti l-familji se jkunu mistiedna joffru oġġetti ta’ l-ikel biex jingħataw lill-familji Mostin li jinsabu fil-bż Dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju ta’ 10, 25, 30, 40, 50 u l-fuq mitluba li jċemplu fuq numri li jidhru fil-programm tal-festa llum stess.
  1. L-ERBGĦA (7) Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem ta’ dawk impenjati fil-Liturġija. Matul din il-Quddiesa se jingħata l-mandat u t-tiġdid tal-Mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, Letturi u Kanturi ġodda.
  1. IL-ĦAMIS (8) Issir iċ-ċelebrazzjoni għat-tfal. Fis-5:45p.m. it-tfal tal-parroċċa jinġabru ħdejn il-Museum tas-Subien, biex fis-6:00p.m. tibda mixja ta’ ferħ u kant bix-xbieha ta’ Santa Marija sal-Bażilika, fejn jieħdu sehem fil-Quddiesa tas-6.30pm. Waqt l-offertorju t-tfal huma mħeġġa li jagħtu offerta ta’ flus biex tingħata għall-karita. Tingħata tifkira lit-tfal preżenti. Wara l-quddiesa, fuq iz-zuntier, ssir il-preżentazzjoni lit-tfal li rebħu u ħadu sehem fl-attivitajiet sporitivi li kellna f’Lulju.
  1. IL-ĠIMGĦA (9) Fis-6:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet reliġjużi u l-movimenti ekklezjali.
  1. IS-SIBT (10) Jum l-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni. Fil-5:00p.m. ikun hawn il-Quddiesa bħas-soltu. Fis-6:30p.m. Quddiesa solenni konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons Isqof Joe Galea Curmi. Fi tmiem il-Quddiesa isir it-tiġdid tal-konsagrazzjoni tal-Parroċċa lil Madonna.
  1. IL-ĦADD (11) Is-Saċerdot Novell Dun Jean Gove, se jmexxi Quddiesa ta’ Radd ta’ ħajr lil Alla għad-don tas-Saċerdozju, fil-Bażilika fis-6:00p.m. Il-Quddiesa tal-5:30p.m. se ssir fil-Katekumenju.
  1. Il-Ġabra li saret fil-ħruġ tal-istatwa min-niċċa, b’risq l-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €3,300. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Fil-festa ta’ kull sena diversi jġibu fjuri biex jitieqgħdu quddiem l-vara tal-assunta. Qed nissuġerixxu li min jixtieq flok fjuri jagħti donazzjonijiet għat-Tintinablu. Fin-niċċa tal-Assunta qed jiġi preżentat id-disinn tiegħu. Dan jintuża fil-purċissjonijiet u funzjonijiet speċjali fil-Knejjes Bażiliċi. Il-ħsieb hu dan isir sas-sena li ġejja.
  1. Nitolbu għal Sr Rosalba Gatt Agostinjana u Tereza Schembri li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply