1. IL-ĦADD (4) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (6) Se ssir Quddiesa fl-Oratorju Marija Immakulata, fid-9:30a.m., għall-erwieħ tal-Benefatturi tal-Oratorju stess u l-erwieħ tal-membri u tal-familji kollha, organizzata mill-Azzjoni Kattolika Nisa. Wara jkun hemm ħin għall-kafe.
  1. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa.
  1. IT-TLIETA (6) Se ssir laqgħa ta’ tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6p.m. Dawn il-laqgħat se jibdew isiru kull l-ewwel Tlieta tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (9) Se ssir Laqgħa ta’ Talb u Adorazzjoni fil-kor tal-Bażilika għal dawk li huma mpenjati fil-liturġija, fis-7pm.
  1. IS-SIBT (10) Se ssir serata għat-tfal ‘St. Martin’s night’, fl-Oratorju Marija Immakulata. Biljetti mingħand l-membri tal-kummissjoni tfal jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. IS-SIBT (10) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan, Hal Qormi. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (11) Il-Grupp Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku, se jorganizza attività ta’ nofs ta’ nhar għall-Irġiel, fiċ-ċentru Pastorali ta’ San Andrija u tibda fid-9am. Ikun hemm taħdita, ħin ta’ Talb u Quddiesa.
  1. Din il-ġimgħa issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu. Nhar it-Tlieta (6) u mill-Ħamis sal-Ħadd issir Quddiesa kuljum fis-6:00p.m.
  1. Waslu l-pendrives, bil-filmati tal-festa ta’ Santa Marija u l-għoti tat-titlu tal-Bażilika. Dawk li ordnaw u diġà ħalsu l-pendrives u dawk li jixtiequ  jixtru kopja ta’ dawn il-pendrives mitluba jagħmlu dan mis-Souvenir Shop tal-Bażilika.
  1. Nitolbu għal George Gatt li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply