1. Matul din il-ġimgħa se nkomplu l-preparazzjoni tagħna għall-festa ta’ Santa Marija, permezz ta’ rifflessjonijiet li se jaqsam magħna Fr Keith Bonnici, kappillan tal-Iklin, fil-Quddies ta’ filgħaxija. Infakkru li t-tema magħżula għal din is-sena hi l-Frott tal-Ispirtu s-Santu. Matul din il-ġimgħa fil-Quddiesa ta’ filgħaxja se jkunu mistiedna speċjali kateġoriji differenti tal-parroċċa tagħna.
  1. IL-ĦADD (5) Fil-4:45p.m. jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija, fil-5:30p.m. tibda l-Quddiesa u wara ssir l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Assunta.
  1. IT-TNEJN (6) Issir iċ-ċelebrazzjoni għat-tfal. Fis-5:45p.m. it-tfal tal-parroċċa jinġabru fi Triq Kurat Calleja, ħdejn is-Sala Papa Wojtyla tal-Oratorju Marija Immakulata, biex fis-6:00p.m. tibda mixja ta’ ferħ u kant bix-xbieha ta’ Santa Marija għall-Knisja Arċipretali, fejn jieħdu sehem fil-Quddiesa tas-6.30pm. Waqt l-offertorju t-tfal huma mħeġġa li jagħtu offerta ta’ flus biex tingħata għall-karita. Tingħata tifkira lit-tfal taċ-ċentri tad-Duttrina li jkunu fil-Knisja għall-quddiesa. Tfal b’diżabilita’ jkollhom post riżervat għalihom. Wara l-quddiesa, fuq iz-zuntier tal-knisja, ssir il-preżentazzjoni lit-tfal li rebħu fl-Sports Rally tal-festa.
  1. IT-TLIETA (7) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. tkun animata mill-Kummissjoni Pastorali Adoloxxenti u Żgħażagħ, għaż-żgħażagħ tal-parroċċa. Wara l-Quddiesa se ssir Treasure Hunt mal-Mosta, kull min se jieħu sehem irid jirreġistra sa (nhar it-Tnejn) / (għada t-Tnejn). Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali jew minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-kpaz.
  1. L-ERBGĦA (8) Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem ta’ dawk impenjati fil-Liturġija. Matul din il-Quddiesa se jingħata l-mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin, Letturi u Kanturi għas-sentejn li ġejjin.
  1. IL-ĦAMIS (9) Fis-6:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-familji kollha tal-parroċċa tagħna, b’mod speċjali dawk il-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali. Waqt l-offerti l-familji se jkunu mistiedna joffru oġġetti ta’ l-ikel biex jingħataw lill-familji Mostin li jinsabu fil-bż Dawk il-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali mitluba li jċemplu fuq numri li jidhru fil-programm tal-festa llum stess. Wara se tibda Adorazzjoni li tibqa sejra mal-lejl kollu u l-ġurnata tal-għada bi tħejjija għall-konsagrazzjoni tal-Altar. Tajjeb li nsibu ftit ħin għal Adorazzjoni tagħna lil Ġesu Ewkaristija.
  1. IL-ĠIMGĦA (10) Jum l-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni u Jum il-Konsagrazzjoni tal-Artal, tkompli l-Adorazzjoni sal-5:00p.m. Fis-6:30p.m. Quddiesa solenni konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons Arċisqof Charles J Scicluna li matulha l-Arċisqof jikkonsagra l-Artal mejda tal-Bażilika. Tajjeb li lkoll nettendu għal din iċ-ċelebrazzjoni.
  1. IS-SIBT (11) L-Ewwel jum tat-Tridu. Fis-6:30p.m. quddiesa bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet reliġjużi u l-movimenti ekklezjali.
  1. IL-ĦADD (12) It-Tieni jum tat-Tridu. Fid-8.45a.m., niltaqgħu ħdejn id-dar parrokkjali fejn tibda t-tiġrija tar-roti għall-adulti. Wara se jsir pellegrinaġġ bir-roti madwar it-toroq tal-Mosta bis-sehem tat-tfal u ċ-ċiklisti kollha. Il-Quddiesa tal-ħin tal-5.30p.m. se ssir fil-katekumenju. Fis-6.30p.m., quddiesa fil-Baażilika li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-anzjani u l-morda tal-Parroċċa. Kull min jeħtieġ trasport mitlub javza l-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija sa nhar il-Ħamis.
  1. Fl-okkażżjoni tal-għoti tad-Dinjita ta’ bażilika lill-knisja tagħna, il-parroċċa ħarġet numru ta’ souvenirs. Dawn qiegħdin għal bejgħ minn ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja, n-naħa ta’ San Ġużepp.
  1. Il-Ġabra li saret fil-ħruġ tal-istatwa min-niċċa, b’risq l-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €3,430. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Nitolbu għal Patri Pawl Deguara Ġiżwita li ta’ s-servizz tiegħu fil-parroċċa tagħna li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej…..

Leave a Reply