1. IL-ĦADD (7) Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni fis-2.30pm u fis-6:30p.m.
  1. MIT-TNEJN (8) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Bażilika fis-7.00pm. mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana.
  1. IT-TLIETA (9) Is-77 sena mill-Miraklu tal-Bomba, fis-6:30p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona u t-Te Deum. Wara l-Quddiesa se jinfetaħ uffiċjalment ix-Xelter tal-Pjazza u wara se ssir taħdita fis-Sala tal-Kunsill Lokali, dwar is-suldat Malti, fit-tieni gwerra dinijia.
  1. IT-TLIETA (9) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan animata mill-Grupp Kariżmatiku Paċi u Sliem, fil-Kappella tas-sorijiet Agostinjani Santa Monika, fis-7:30pm. Iqaddes Patri Elija Vella ofm.
  1. L-ERBGĦA (10) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (11) fil-Bażilika, ikun hemm il-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00p.m. bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa.
  1. IL-ĠIMGĦA (12) nagħmlu t-tifkira ta’ Marija Addolorata. Filgħodu minbarra l-Quddies tas-soltu, fis-7:00am. issir quddiesa fil-kappella ddedikata lid-Duluri fi Triq it-Torri. Filgħaxija fil-Bażilika ssir Quddiesa fil-5:30p.m. u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Marija Adolorata. Wara l-purċissjoni ssir Quddiesa oħra. Mill-4:30pm. l-quddiem fil-Bażilika ikun hemm il-qrar.
  1. Mill-ĠIMGĦA (12) sal-Ġimgħa l-Kbira issir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja ikun hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. IL-ĦADD (14) Ħadd il-Palm. Fid-9:00am. tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm mill-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza li tkompli b’purċissjoni lejn il-Bażilika u fid-9.30am. tibda l-qudddiesa.
  1. L-ERBGĦA 17 ta’ April fil-Qudddiesa tat-8:30am fil-Bażilika se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Kull min jixtieq trasport għandu jċempel l-uffiċċju parrokjali sa nhar is-Sibt.
  1. F’Lulju li ġej il-parroċċa se torganizza Pellegrinaġġ għal Lourdes, programm dettaljat jinsab ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Bażilika jew mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-Kummissjoni Tfal se tarma siġra tal-Għid. It-tfal kollha huma mistiedna biex iżejnu bajd tal-Għid li jiddendlu ma’ din is-siġra. Kull min jixtieq jieħu sehem għandu jġib dawn id-dekorazzjonijiet fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Avviż mill-kap tal-iskola: Dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom ikollhom 3 snin sal-aħħar ta’ Diċembru għax twieldu fl-2016 għandhom jiktuhom fil-Kinder Annexe. Iż-żewġ ġenituri għandhom imorru flimkien u magħhom jieħdu l-karta ta’ identità.
  1. Il-Ġbir li jsir fil-quddies tal-Ħadd li ġej ikun b’risq il-prokura tal-Ġimgħa l-kbira.
  1. Nitolbu għal Michael Bugeja li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply