1. IL-ĦADD (7) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. issir quddiesa kantata u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza Rotunda, Triq il-Kbira, Stivala, Pjazza Dun Ang Camilleri, Barrieri, Gafà, Kungress Ewkaristiku, għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. IT-TNEJN (8) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena skolastika, fil-Bażilika fil-5:00p.m.
  1. IT-TLIETA (9) Laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, fl-4:00p.m. Ruzarju u wara Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (10) Se jkomplu l-laqgħat ta’ formazzjoni tan-nisa li jsiru l-Mustina fl-10a.m. In-nisa kollha huma mistiedna għal dawn il-laqgħat.
  1. L-ERBGĦA (10) Se ssir l-aħħar laqgħa ta’ katekeżi Biblika fuq ix-xeni tal-ħajja ta’ Ġesù mill-Evanġelji, fil-pitturi tal-pendenti ta’ Giuseppe Calì fis-Santwarju Bażilika tal-Mosta. Il-laqgħa se titmexxa minn Dun Pawl Sciberras u se ssir fil-Bażilika tal-Mosta, fis-7.15pm.
  1. IL-ĦAMIS (11) Fl-okkażżjoni tal-aħħar dehra tal-Madonna f’Fatima, fil-Bażilika, fid-9:30a.m. se ssir Quddiesa u Adorazzjoni.
  1. IL-ĠIMGĦA (12) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-ewwel tqarbina, fis-7:00p.m. fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IS-SIBT (14) Se jsir Seminar, għall-Addoloxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-konfermazzjoni, bejn l-4.30pm u s-7:30p.m., fl-Iskola taz-Zokkrija l-Mosta.
  1. IL-ĦADD (15) Se ssir il-festa fil-Knisja ta’ Wejda, fi Triq it-Torri. Fit-8:30am. u fis-6:30p.m. se jsir Quddies tal-festa.
  1. Navzaw li ZAK Mosta ser jibdew grupp ġdid għal dawk li twieldu fl-2004 u l-2005. Jiltaqaw kull nhar ta’ Erbgħa fis-18:30 L-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Jibda min nhar l-Erbgħa li ġej 10 ta’ Ottubru.Min jixtieq jerfa’ f’xi vara tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira għas-snin 2019 u 2020, kif ukoll fil-vari tal-pellegrinaġġ tar-Redentur, u fil-manifestazzjoni ta’ Kristu Rxoxt, għandu jiġbor l-applikazzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali nhar il-Ħadd, 14 ta’ Ottubru bejn l-10.30am u l-11.00am.

 

  1. Tqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien bl-insert tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Ottubru u rendikont dettaljat tal-proġetti li saru fil-Bażilika, kif ukoll Appell u Envelope għad-donazzjoni tagħna b’risq il-Missjoni. L-Envelope bid-donazzjoni se jinġabar mill-istreet leaders jew jista jingħata fl-uffiċċju parrokkjali jew il-Bażilika.

 

  1. Il-Papa Franġisku nieda Sena ta’ Ġublew ta’ San Alwigi Gonzaga li tibqa sejra sa’ Marzu tas-sena d-dieħla. Dan iż-żgħażugħ twieled ġo familja nobbli imma ċaħad l-unuri fiergħa u l-ġid materjali. Daħal Ġiżwita u meta kien għadu student f’Ruma, beda jgħin u jġorr il-vitmi tal-pesta u miet ta’ 23 sena. Il-Knisja ddikjaratu Patrun taż-żgħażagħ u anke patrun tal-vitmi tal-AIDS.

 

  1. Nitolbu għal Andrew Howard u Georgina Grech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…………..

Leave a Reply