1. IL-ĦAMIS (13) se ssir attivita għat-tfal tal-parroċċa, fil-5p.m. fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Din l-attivita hi organizzata mill-Kummissjoni Tfal. It-Tfal se jagħmlu t-tajr u jkollhom logħob tradizzjonali fuq iz-zuntier.
  1. IL-ĦAMIS (13) Se jsir Get Together għal dawk kollha li kienu jattendu fl-Oratorju Marija Immakulata, kemm għall-lezzjonijiet tal-katekiżmu, kif ukoll għall-laqgħat tal-istudent, fil-Kor u għall-laqgħat tal-membri l-kbar. Dan l-Appuntament għall-membri tal-familja kbira tal-Oratorju, se jsir fl-Oratorju stess fis-7:30p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (14) festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Knisja Arċipretali, tkun bil-kant u bil-prietka.
  1. IS-SIBT (15) Festa tal-Verġni Mqaddsa tad-Duluri.  Fil-11.00am jibda r-Ruzarju u wara ssir quddiesa fuq l-artal tal-kwadru titulari ta’ Santa Marija. Kulhadd mistieden jattendi.
  1. IS-SIBT (15) Imiss il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hemm trasport mill-Pjazza.
  1. Il-Ħadd (16) se ssir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika, fil-5pm.
  1. Il-ĦADD (16) Il-ġbir li jsir fil-quddies jkun l-offerta tagħna ta’ kull sena b’risq il-ħidma li l-knisja twettaq fl-Art Imqaddsa. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuħa postijiet u ħidmiet reliġjużi u ta’ karita għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Imqaddsa. Lkoll għandna nkunu ġenerużi.
  1. Id-duttrina fil-parroċċa tagħna se terġa tibda mit-Tnejn 1 ta’ Ottubru. Il-ġenituri li jixtiequ aktar dettalji dwar ċ-ċentri, ħinijiet u ġranet huma mitluba jiċċekjaw minn fuq il-website tal-parroċċa – mostachurch.com jew minn fuq il-programm tal-parrocca li tqassam mall-fuljett Flimkien. Nfakkru li minħabba l-liġi l-ġdida dwar informazzjoni miżmuma, iż-żewġ ġenituri jridu jmorru japplikaw minn qabel biex uliedhom jattendu għall-Katekiżmu. Il-ġranet ta’ meta se jsiru l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha jinsabu ukoll fil-fuljett tal-parroċċa.
  1. Il-ġabra speċjali li saret b’risq il-parroċċa tagħna, fil-weekend li għadda kienet ta’ €1990. Grazzi.

Leave a Reply