Archive for the ‘Il-Vangelu tal-Ħadd’ Category

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        22 il-Ħadd matul is-sena   FIT-TRIQ TAS-SALIB L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija. – Ġer 20, 7-9 Qarraqtni, Mulej, u jiena tqarraqt: kont aqwa minni, u għelibtni. Jien sirt id-daħk ta’ kuljum, kulħadd jiddieħak bija. Kull meta nitkellem, jiena ngħajjat u nxandar, “Moħqrija u ħsara!” Il-kelma tal-Mulej saret għalija tagħjir u tmaqdir […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        21 il-Ħadd matul is-sena IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU   L-EWWEL QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija – Is 22. 19-23 Dan igħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Jiena nwarrbek mill-uffiċċju tiegħek u nniżżlek minn postok. Għad jasal iż-żmien meta nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljaqim, bin Ħilqija, u llibbsu lbiesek, inħażżmu […]

IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN 20 Ħadd ta’ Matul is-sena              Sena A L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 56, 1.6-7 Dan jgħid il-Mulej: ŻOMMU S-SEWWA w agħmlu l-ġustizzja, għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet, u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt isseħħ. Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh, u biex iħobbu isem il-Mulej u […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        19 il-Ħadd matul is-sena DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA L-1 QARI – Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten. – 1 Slat 19, 9a, 11-13a F’DAK IŻ-ŻMIEN: Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih. Imbagħad il-Mulej qallu: “Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.” U ara, il-Mulej għadda: riħ qawwi, b’saħħa […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        18 il-Ħadd matul is-sena   IKEL BIX-XABA’ L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. – Is 55, 1-3 DAN JGĦID IL-MULEJ: Intom li bikom il-għatx, ejjew għall-ilma; intom ukoll li ma għandkomx flus, ejjew ixtru u kulu b’xejn, inbid u ħalib bla ħlas. Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhux ħobż u ġidkom f’dak […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        17 il-Ħadd matul is-sena   IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA L-1 QARI – Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten. – 1 Slat 3, 5-6a, 7-12 F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl. “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik,” qallu Alla. U wieġbu Salamun: “Mulej Alla tiegħi, lili qaddej tiegħek għadek kemm qegħidtni sultan flok David missieri. Iżda jiena […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        16 il-Ħadd matul is-sena QUDDIEM IL-ĦAŻEN L-1 QARI – Qari mill-Ktieb ta’ l-Għerf. – Għerf 12, 13.16-19 MA HEMMX ALLA ĦLIEFEK, li tieħu ħsieb kollox, u ma għandek turi lil ħadd li ma tonqosx meta tagħmel il-ħaqq. Il-qawwa tiegħek hi l-għajn tal-ġustizzja, u għax int sid ta’ kulħadd int kollox tagħder. Meta n-nies […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”        14 il-Ħadd matul is-sena   ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI   L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija. – Żakk 9, 9-10 DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm! Ara, s-sultan tiegħek ġej għandek; huwa ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta’ ħmara. Hu […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”         CORPUS    IT-TIFKRA SOLENNI TAL-ĠISEM U D-DEMM TA’ KRISTU   L-1 QARI – Qari mill-Ktieb tad-Dewteronomju – Dewt 8, 2-3, 14b-16a F’dak iż-żmien: Mosè kellem lill-poplu u qal: “Ftakar fil-mixja kollha li mexxiek il-Mulej Alla tiegħek matul dawn l-erbgħin sena fid-deżert, biex iċekknek u jġarrbek, ħalli jkun jaf x’għandek f’qalbek, jekk tridx toqgħod […]

ŻMIEN MATUL IS-SENA “A”         IT-TRINITA QADDISA   L-1 QARI Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu. – Eż 34, 4b-6, 8-9 F’dak iż-żmien: Filgħodu kmieni Mosè qam u tela’ fuq il-muntanja Sinaj, kif kien ordnalu l-Mulej, u ħa f’idejh iż-żewġ twavel tal-ġebel. Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm maġenbu, u xandar l-isem tal-Mulej. U l-Mulej għadda minn quddiemu […]