Archive for the ‘News’ Category

IL-ĦADD (20) Se ssir fiera, fil-Bitħa tal-Oratorju Marija Immakulata, bejn it-8.30a.m. u n-12.30p.m. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija, fl-10:00a.m. Fil-weekend li ġej se jiġi amministrat s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-Quddiesa tal-5:00p.m., ta’ nhar is-Sibt li ġej, se ssir bħas-soltu, fil-Bażilika, waqt li tas-6:30p.m. se ssir fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja. Il-quddies ta’ nhar l-Ħadd tal-5.30pm […]

MIT-TNEJN (14) SAL-ĠIMGĦA (18) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30a.m. u n-12:30p.m. IT-TLIETA (15) Fil-11.00am Rużarju u wara quddiesa fil-Kor tal-Bażilika. Kulħadd mistieden jattendi. L-ERBGĦA (16) Fl-4p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĠIMGĦA (18) Fl-4:00p.m. […]

IL-ĦADD (6) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza, Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Pjazza Nerik Mizzi, Salvu Zahra, Speranza, Kbira għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju. IT-TNEJN (7) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena Kateketika, fil-Bażilika fil-5:00p.m. IT-TNEJN (7) Quddiesa fiċ-Cimiterju fis-6pm. […]

IT-TNEJN (30) Din il-ġimgħa jibda l-katekiżmu għat-tfal fiċ-ċentri kollha tal-parroċċa. IT-TNEJN (30) Se jibda kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-ċentru Sant Andrija. Nitolbu għall-għarajjes li se jattendu għal dan il-kors. IT-TLIETA (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru ix-xahar ta’ Rużarju. Tajjeb li matul dan ix-xahar nitolbu din t-talba b’devozzjoni fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ […]

IT-TNEJN (23) Il-Quddiesa tat-7:45am se terġa tibda tkun animata għat-tfal qabel l-iskola. IT-TNEJN (23) Jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu għall-Addoloxenti li f’Ottubru se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Il-laqgħat isiru fiċ-ċentri tal-Katekiżmu. IT-TNEJN (23) se jerġa jibda jiltaqa’ l-Grupp Full Joy, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Fis-5:45pm. isir tagħlim ta’ kant ta’ Evanġelizazzjoni u fis-7:30p.m. Adorazzjoni. Kull min jixtieq […]

IT-TNEJN (16) Jum il-Mosta, il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali. L-ERBGĦA (18) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati. IL-ĦAMIS (19) Fis-6:30p.m. se jkollna l-aħħar Quddiesa animata għat-tfal tul il-vaganzi tas-Sajf. Wara l-Quddiesa se jsiru Water games fuq iz-zuntier. Mill-ġimgħa ta’ wara l-Adorazzjoni terġa tibda ssir nhar ta’ Ħamis […]

IT-TLIETA (10) Fil-11am se jsir Rużarju u Quddiesa, fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika. IL-ĦAMIS (12) Caritas Malta se torganizza Quddiesa għall-Anzjani, fil-Bażilika, fl-10am. Imexxi l-ET Mons Isqof Joe Galea Curmi. Kulħadd huwa mistieden jieħu sehem. IL-ĦAMIS (12) Il-Quddiesa tas-6:30p.m. se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa u wara se jsir Camping u B.B.Q. fuq iz-zuntier. Min […]

IT-TNEJN (2) Fis-7p.m. issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju. IT-TLIETA (3) L-Azzjoni Kattolika Nisa se tagħti bidu għas-sena soċjali tagħha, b’laqgħa li tibda biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, li se ssir fid-9.30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata. Imexxi Dun Ġwann Sammut. Kulħadd mistieden. IT-TLIETA (3) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan animata mill-Grupp Kariżmatiku Paċi u Sliem, fil-kappella tas-sorijiet Agostinjani, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm. […]

IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am. IL-ĦAMIS (29) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-quddiesa se jiġu organizzati crafts fuq iz-zuntier. It-tfal kollha huma mistiedna jieħdu sehem. IL-ĠIMGĦA (30) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am. IL-ĠIMGĦA (30) Il-Fund Raising Group tal-Parroċċa flimkien mal-Grupp Armar Marija […]