Archive for the ‘Parish Groups News’ Category

IL-ĦADD (21) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u wara tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. IT-TNEJN (22) ikompli t-tberik […]

IL-ĦADD (14) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fuq iz-zuntier tal-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza minn fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq l-Isperanza, Nicolo Isouard, Kostituzzjoni għal Bażilika. IT-TNEJN (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa. IT-TNEJN (15) Jibdew […]

IL-ĦADD (7) Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni fis-2.30pm u fis-6:30p.m. MIT-TNEJN (8) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Bażilika fis-7.00pm. mill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana. IT-TLIETA (9) Is-77 sena mill-Miraklu tal-Bomba, fis-6:30p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament u wara titkanta l-Antifona u t-Te Deum. Wara l-Quddiesa se jinfetaħ uffiċjalment ix-Xelter tal-Pjazza u wara se […]

Qed tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt. L-ilbiesi li baqa’ huma għal tfal ta’ bejn id-8 u 10-il sena u żgħażagħ subien minn 14-il sena ‘l fuq. IT-TNEJN (1) Se ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju, fl-4:00p.m. IT-TNEJN (1) Jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd, fil-Knisja Sagra Familja, il-Bidnija, fis-6.00p.m., jipprietka Patri Stephen Sciberras OFM. IT-TLIETA (2) […]

IL-ĦADD (24) tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8 u l-11am. It-tfal jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq mis-sagristija tal-bomba. IL-ĦADD (24) Se jkomplu l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena l-fuq, fis-2:00p.m., fil-Kappella ta’ Santa Margerita, minn Sr Emma Micallef. IT-TNEJN (25) jibdew korsijiet ta’ Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd:, fil-Kappella Ġesu Feddej, fis-6.30 p.m. jiprietka Fr Richard […]

Programm ta’ Marzu – lehenilparrocca-Marzur2019 (2) Pellegrinaġġ mill-Mellieħa għal Mosta –  Programm ta’ April – lehenilparrocca-April2019  

IT-TNEJN (18) jibdew korsijiet ta’ Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd: Fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fit-3.00 p.m. minn Patri Deo Debono OSA. Fil-kappella tas-Sorijiet Agostinjani fis-6:00p.m. minn Dun Anton Mamo. Fiċ-Ċentru Sant’Andrija fis-6.00 p.m. minn Dun Antoine Borg. Għar-Romol, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6:00p.m. mis-Sur Joe Borg. IT-TLIETA (19) Festa ta’ San Ġużepp. Il-ħin tal-Quddies, fil-Bażilika ikun […]

Mil Llum il-Quddiesa li ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, kull nhar ta’ Ħadd fis-7pm se terġa tibda ssir bil-Malti, peress li ma kienx hemm rispons biżżejjed għal quddiesa bl-ingliż. Għal dawk li jifhmu bl-Ingliż biss se jkun hemm fuljetti tal-qari bl-Ingliż. IT-TNEJN (11) jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Bażilika, fid-9am. L-ERBGĦA (13) L-Anniverarju tal-għażla tal-Papa […]

IT-TNEJN (4) Fl-4:00p.m., Quddiesa fiċ-Ċimiterju. IT-TLIETA (5) Il-Mobile Blood Donation Unit se tkun fil-Pjazza tal-Monti, bejn it-8:30a.m. u s-1pm. Id-donaturi mitluba jieħdu l-karta tal-identita magħhom. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa, bil-Quddiesa tal-Grupp Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fl-4:00pm. IT-TLIETA (5) Se ssir il-Festa tal-Wiċċ ta’ Kristu, fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija. Fil-5.30pm Rużarju quddiem […]

IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella ta’ Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am. IT-TLIETA (26) Jkomplu l-Katekeżi għall-Adulti u għaż-Żgħażagħ li qed isiru kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa mill-mixja Neo Katekumenali, fis-7.15pm, fil-katekumenju. IL-ĦAMIS (28) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 […]