1. IL-ĦADD (1) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m. fil-Bażilika, it-tfal huma mħeġġa li jġibu l-Girlanda tal-Avvent biex iberkuha.
  1. IT-TNEJN (2) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4pm.
  1. IT-TLIETA (3) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. jibda Rużarju u Quddiesa.
  1. IL-ĦAMIS (5) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) fis-6:30p.m. se ssir Velja ta’ Talb quddiem Ġesu’ Sagramentat, fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal se torganizza attività għat-tfal kollha għal dan iż-żmien tal-Avvent. Din tibda fis-6:30p.m., fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit u se jieħu sehem Mons Arċisqof. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jieħdu sehem.
  1. IL-ĠIMGĦA (6) Se ssir laqgħa oħra bi tħejjija għall-pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa. Din se ssir fis-Sala tal-Iskola Santa Monika, fis-7:15p.m., imexxi Dun Pawl Sciberras.
  1. IS-SIBT (7) Fl-Okkażjoni tal-festa tal-Kunċizzjoni, fid-9am se ssir Quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni f’Ta’ Qali.
  1. IL-ĦADD (8) F’nofsinhar se ssir ċerimonja uffiċċjali tat-tmiem tal-proġett ta’ restawr ta’ 14 -il pitturi li saru bil-għajnuna ta’ fondi tal-Ewropa.
  1. IL-ĦADD (8) Fil-Bażilika se jsir il-Finali tal-Festival tal-Korijiet. Matul dan il-festival se jieħdu sehem madwar 20 kor minn diversi pajjiżi. Il-festival se jibda fis-7:00p.m. u kulħadd huwa mistieden jattendi.
  1. L-ERBGĦA 11 TA’ DIĊEMBRU, Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir tal-Avvent għal anzjani, fis-Seminarju tal-Virtu r-Rabat. Tluq ta’ trasport mill-pjazza fid-9am. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Ġimgħa.
  1. Bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Christmas Village, il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru se tiġi organizzata Pizza Night, biljetti mingħand il-helpers tas-soltu u s-Sibt 14 ta’ Diċembru se ssir attività għall-anzjani kollha tal-parroċċa. Għal din l-attività se jiġi organizzat trasport mid-dar u lura. Dawk l-anzjani li jixtiequ jattendu għandhom jiġbru biljett mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Giovanna Borg u Alfred Tonna li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply