1. IL-ĦADD (10) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata.
  1. L-ERBGĦA (13) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. jibda Rużarju u Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) fl-4.00p.m. se ssir Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jersqu għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, is-sena d-dieħla. Il-laqgħa se tkun fis-7.00pm, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesù.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Se ssir it-tieni laqgħa bi tħejjija għall-pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa. Din se ssir fis-Sala tal-Iskola Santa Monika, fis-7:15pm. It-tema tal-laqgħa: “L-Għolja tal-Karmelu u Elija: Alla wieħed?” Imexxi Dun Pawl Sciberras.
  1. IL-ĦADD (17) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., quddiem il-Kappella tal-Familja Mqaddsa, Żona tas-Sgħajtar In-Naxxar. Infakkru li d-donaturi għandhom jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. IL-ĦADD (17) Fil-5.00p.m. issir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika.
  1. IL-ĦADD (17) Issir il-festa fil-kappella tal-Madonna ta’ l-Isperanza. Minn nhar l-Erbgħa sal-Ħadd, fil-5:00p.m. jingħad r-Rużarju u fil-5:30p.m.  ikun hemm Quddiesa.
  • Dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom twieldu bejn Jannar u April 2017 għandhom jinktbuhom fil-Kinder Annexe. Iż-żewġ ġenituri jridu jkunu preżenti u jieħdu magħhom il-karta ta’ identità.
  • F’dan il-weekend għandna magħna membri mill-Hospice Malta, li jixtiequ jiltaqgħu magħna wara l-quddiesa fuq iz-zuntier. Nafu li l-Hospice jagħmlu ħidma ferm utli fejn tidħol kura paljattiva. Qed jilqgħu ukoll donazzjonijiet għad-dar li se jiftħu biex ikomplu jestendu l-ħidma tagħhom.
  • IL-ĠIMGĦA 29 ta’ Novembru se ssir l-Assemblea Parrokkjali. Din hija okkażżjoni biex bħala parroċċa ninġabru flimkien għat-talb, għar-riflessjoni, kif wkoll biex niddiskutu flimkien u niddixernu dak li Alla jrid minna. Din is-sena l-Assemblea Parrokkjali trid twassalna biex nibnu pjan pastorali għas-snin 2020-2023, li għandu jiffoka fuq żewġ prijoritajiet: evanġeliżazzjoni u djakonija. Fl-Assemblea se jkollna workshops li se jaħdmu fuq dawn l-erbgħa attitudnijiet differenti: Knisja li tilqa’, Knisja li tisma’, Knisja li takkumpanja u Knisja li toħroġ. Ħdejn il-bieb prinċipali hemm flyer fil-programm tal-Assemblea u applikazzjoni għal parteċipazzjoni fil-workshops. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
  • Il-ġabra speċjali li saret fil-Weekend b’risq il-parroċċa tagħna kienet ta’ €2120. Grazzi.
  • Nitolbu għal Carmen Mifsud u Joseph Xeureb li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply