1. IL-ĦADD (14) ĦADD IL-PALM. Fid-9am tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fuq iz-zuntier tal-Kappella tal-Madonna tal-Isperanza minn fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika fejn issir il-quddiesa solenni. Il-purċissjoni se tgħaddi minn Triq l-Isperanza, Nicolo Isouard, Kostituzzjoni għal Bażilika.
  1. IT-TNEJN (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa.
  1. IT-TNEJN (15) Jibdew it-Tlett ijiem ta’ tħejjija għat-Tridu Paskwali. Fil-Bażilika, fis-6pm isir it-Talb tal-Via Sagra u fis-6:30p.m. Quddiesa kantata.
  1. IT-TNEJN (15) Bi tħejjija għall-Ġimgħa l-Kbira se ssir Ċelebrazzjoni għat-tfal kollha tal-parroċċa. It-Tfal se jiltaqgħu l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fil-4.45pm, fejn tibda purċissjoni sal-Bażilika.
  1. IT-TNEJN (15) Se ssir VIA SAGRA fit-toroq taż-Żona ta’ Sant’Andrija eżatt wara l-quddies tas-6pm.
  1. IT-TLIETA (16) Il-Kor Santa Ċeċilja se torganizza Via Sagra bil-mużika ta’ “Ikun li trid Int”, fil-Kor tal-Bażilika, wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija.
  1. L-ERBGĦA (17) se ssir Quddiesa fil-Bażilika fit-8:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda.
  1. L-ERBGĦA (17) Fil-Bażilika, ikun hawn l-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6p.m.
  1. L-ERBGĦA (17) Se jsir Kuncert ta’ Marci Funebri ‘Vers le Calvaire’ ippreżentat mis-Socjeta’ Filarmonika Nicolo’ Isouard, fil-Kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĦAMIS (18) – ĦAMIS IX-XIRKA: Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-kor tal-Bażilika. Fid-9:00a.m. tibda l-Quddiesa tal-Griżma, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Matul din il-quddiesa jiġu mbierka ż-żjut Imqaddsa. Matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu, il-Ħamis ma jkunx hawn quddies fil-parroċċa. Fil-Bażilika fil-5.00pm issir quddiesa bis-sehem tat-tfal u fis-6:30p.m. Konċelebrazzjoni Solenni b’Tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir it-trasport ta’ Ġesù Sagramentat għall-Altar tar-Ripożiżżjoni. Fit-8:30p.m. u fid-9:30p.m. isiru l-vizti u fil-11pm sahra ta’ Talb u Adorazzjoni. Tkun ħaġa sabiħa li l-altar tar-ripożiżżjoni jiżżejjen bis-sehem tagħna lkoll. Min jixtieq, jista jġib fjuri bojod sa nhar it-Tlieta filgħodu.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) – IL-ĠIMGĦA L-KBIRA: Huwa jum ta’ Sawm u Astinenza. Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Bażilika. Fit-8:45am  il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iqarbnu l-morda fi djarhom. Fit-3pm tibda l-funzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li fiha ssir l-Adorazzjoni tas-Salib u fil-5:30pm tibda ħierġa l-purċissjoni.
  1. IS-SIBT (20) – SIBT IL-GĦID: Fit-8a.m. jingħad t-talb ta’ sbieħ il-Jum u l-uffiċċju tal-Qari, fil-Katekumenju. Fit-8:00p.m. tibda l-Velja tal-Għid, li fiha jsir t-tberik tan-nar l-ġdid, qari tal-istorja tas-Salvazzjoni, tberik tal-ilma u magħmudija.
  1. IL-ĦADD (21) – L-GĦID IL-KBIR: Fid-9:30am Quddiesa għat-tfal tal-parroċċa u wara, fuq iz-zuntier tal-knisja jsir it-tberik tal-Figolli. It-tfal huma wkoll mistiedna jġibu figolla għal tfal u familji fil-bżonn Fil-quddiesa tal-11am jiġi amministrat s-sagrament tal-Magħmudija. Wara l-quddiesa tal-5:30p.m. issir l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
  1. IT-TLIETA 23 ta’ April il-Kummissjoni tfal tal-parroċċa se torganizza żjara lit-tfal tal-istitut tal-Creshe ta’ Ta’ Sliema. Waqt din iż-żjara it-tfal se joffru figolli u ħelu ieħor tal-Għid lit-tfal. Dawk it-tfal li jixtieq jattendu għandhom jinkitbu fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Matul din il-ġimgħa ssir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret il-Ġimgħa l-oħra b’risq il-Parroċċa kienet ta’ €2280. Grazzi tas-sehem tagħkom.
  1. Dawk li qed jagħtu xi servizz fil-parroċċa huma mitluba jiġbru korrispondenza għalihom mis-sagristija.
  1. Qed nistiednu voluntiera ġodda biex jgħinu lis-saċerdoti fit-tberik tal-familji li se jkompli l-għada tal-Għid. Dawn il-persuni jħabtu l-bibien qabel jasal is-Saċerdot biex jippreparawhom għat-tberik. Min jixtieq jgħin iħalli nota fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Marija Assunta Spiteri u Margaret Sciberras li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply