1. GĦADA / LLUM IL-ĦADD (14) Bħala parti mill-attivitajiet bit-tema – Il-ħajja umana… prezzjuża u sabiħa, stitlisti tax-xahar se jipprovdu s-servizz tagħhom biex jinqata’ x-xagħar u jingħata għall-parrokki. Din l-attivita se ssir għand Hair by Lucille, fi triq San Gwann, il-Mosta bejn id-9am u s-1pm.
  1. IT-TNEJN (15) Se jsir Rużarju u quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-artal tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika.
  1. L-ERBGĦA (17) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (18) Fis-6:30p.m. Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, fil-Bażilika u wara treasure hunt fuq iz-zuntier. Tajjeb li wieħed jinnota li matul is-sajf qed isiru diversi attivtajiet oħra għat-tfal fiċ-ċentri tad-Duttrina. Għat-tfal bniet, kull nhar ta’ Tnejn qed isir Summer Club fl-Oratorju Marija Immkulata mill-4:30p.m. sas-6:00p.m., u fil-Museum tal-Bniet mil-5:30p.m. l-quddiem u għas-Subien fil-Museum tas-Subien kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis mis-5:45p.m. l-quddiem.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) Issir il-Festa ta’ Santa Margerita. Fis-7:00p.m. se ssir Quddiesa, fil-kappella l-Antika ta’ Santa Margerita.
  1. IL-ĠIMGĦA (19) se tiġi organizzata Ikla fl-Oratorju Marija Immakulata, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Aktar dettalji minn fuq l-appell li tqassam fi djarkom.
  1. IL-ĦADD (21) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. se issir ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦADD (21) Festa tas-Sagra Familja, fiz-Zona tal-Bidnija. Fil-11am Quddiesa ċċelebrata mill-Isqof Mons Joe Galea Curmi u fis-6:30p.m. Quddiesa kantata u purċissjoni, bl-istatwa tas-Sagra Familja.
  1. It-Tnejn, it-22 ta’ Lulju 2019 Se ssir attivita għall-adoloxxenti u għaż-żgħazagħ, f’Tat-Targa Battery bit-tema l-Ħajja umana… prezzjuża u sabiħa. Din l-attivita mimlija logħob organizzati mill-Iscouts u diskussjoni se tkun bejn is-6pm u t-8:00p.m. Se jiġi organizzat trasport mill-Pjazza tal-Mosta fil-5:30p.m. Kull min għandu bżonn trasport irid jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. Il-ġabra li saret fil-weekend li għadda b’risq il-festa ta’ Santa Marija kienet ta’ €2590. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Joseph Agius, Lorenza Vella, Victor Galea u Pacifiko Sant li għaddew għal ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply