1. IL-ĦADD (24) tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8 u l-11am. It-tfal jiltaqgħu s-Sala ta’ fuq mis-sagristija tal-bomba.
  1. IL-ĦADD (24) Se jkomplu l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena l-fuq, fis-2:00p.m., fil-Kappella ta’ Santa Margerita, minn Sr Emma Micallef.
  1. IT-TNEJN (25) jibdew korsijiet ta’ Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd:, fil-Kappella Ġesu Feddej, fis-6.30 p.m. jiprietka Fr Richard Borg u fil-Knisja Marija Omm il-Knisja, fis-6.00 p.m. minn Fr Ronnie Zammit.
  1. IT-TLIETA (26) Se jsir pellegrinagg Penitenzjali għall-Knisja tar-Redentur fl-Isla. Tluq ta’ trasport minn ħdejn il-kappellel taż-żoni fit-8:30a.m. u mill-pjazza fid-8.45am. Booking mill-uffiċċju parrokkjali jew miż-żoni sat-Tnejn filgħodu.
  1. IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni fil-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (29) Festa tar-Redentur. Fil-Bażilika jibda l-qrar mill-4:30p.m. Fil-5:30pm issir quddiesa bil-kant u bl-omelija u wara joħroġ pellegrinaġġ li jakkumpanja x-xbieha tar-Redentur. Matul il-pellegrinaġġ jingħad it-talb tal-Via Sagra. Issir quddiesa oħra wara l-pelleġrinaġġ.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ April, fil-paġni tan-nofs issibu il-programm għal dan ix-xahar u għal żmien ir-Randan, il-Ġimgħa Mqaddsa u t-tberik tal-Familji.
  1. Bħala komunita’ parrokkjali ħsibna li nagħmlu lil xulxin aktar konxji mid-dinjita’ umana u mill-valur tal-ħajja. Minn nhar / għada t-Tnejn, il-25 ta’ Marzu festa tal-Lunzjata – it-tħabbira tal-Mulej, se jibda programm li jwassalna sal-Milied. F’dawn id-disa’ xhur se nirriflettu u naħsbu fil-proċess ta’ tarbija fil-ġuf, imma mhux biss. Se naħsbu fil-proċess tal-ħajja umana u allura fil-prezjożita’ u l-qdusija tal-ħajja umana. Se nagħtu każ ta’ kif Alla jħares lejna l-bnedmin biex aħna naprezzaw aktar l-istess ħajja tagħna. Nistedinkom tħarsu lejn l-programm kollu li se jsir u tieħdu sehem attiv biex lkoll flimkien nagħmlu din l-mixja sabiħa. L-Ewwel inizjattiva li se ssir, se tkun Adozzjoni Spiritwali ta’ Tarbija fil-Ġuf. Kull min jixtieq, jista jaddotta spiritwalment tarbija li għadha ma twelditx u dan jitlob għaliha għal 9 xhur. Ħdejn il-bibien tal-Knisja se jitqassam flyer bl-informazzjoni u formola ta’ parteċipazzjoni. Kull min jixtieq jieħu sehem għandu jimla din il-formola u jpoġġiha f’din il-qoffa li hawn taħt l-artal. Dawk kollha li japplikaw se jirċievu talba li għandha tingħad kuljum.
  1. Nitolbu għal Carmen Pace, Marija Debono, Patri Guido Schembri Dumnikan u Gużeppa Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply