1. IL-ĦADD (24) Se / Qed jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., quddiem il-Pama Shopping Complex il-Mosta. Infakkru li d-donaturi għandhom jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. GĦADA / LLUM Il-ĦADD (24) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana.
  1. MIT-TNEJN (25) SAL-ĠIMGĦA (29) se ssir il-Festa ta’ Sant Andrija, fil-kappella taċ-ċentru Sant Andrija, fis-6:00p.m. se ssir Quddiesa kantata.
  1. IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni fil-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (26) Se ssir quddiesa b’talb ghall-fejqan, fiċ-ċentru ta’ Sant’ Andrija, fis-7:30pm. Iqaddes Patri Elija Vella ofm.
  1. IL-ĠIMGĦA (29) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (29) Se ssir l-Assemblea Parrokkjali. Din hija okkażżjoni biex bħala parroċċa ninġabru flimkien għat-talb, għar-riflessjoni, kif wkoll biex niddiskuti flimkien u niddixernu dak li Alla jrid minna. Din is-sena l-Assemblea Parrokkjali trid twassalna biex nibnu pjan pastorali għas-snin 2020-2023, li għandu jiffoka fuq żewġ prijoritajiet: evanġeliżazzjoni u djakonija. Se jkun hemm ħin għall-workshops. L-Assemblea se ssir fil-Katekumenju u tibda biċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fis-6:30pm. Għal daqstant, il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Bażilika mhux ssir għax se tkun fil-Katekumenju. Lkoll imħeġġin nieħdu sehem.
  1. IL-ĦADD (1) Nagħtu bidu għal żmien l-Avvent. Jibda jintuża l-messalin għas-sena A. It-tema magħżula għal matul dan iż-żmien hu: “Ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx. Imma lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla”. Waqt il-quddies kollu jsir it-tberik tal-girlanada tal-Avvent. It-tfal kollha mħeġġa jagħmlu girlanda biex takkumpanjhom fi żmien l-avvent. Dawn il-girlandi se jitbierku fil-quddies tal-11am.
  1. IL-ĦADD (1) F’nofsinhar, se tiġi organizzata Ikla buffett għall-żmien il-Milied, fl-Lukanda l-Marfa. Aktar dettalji jinsabu fil-fuljett flimkien u fuq in-notice boards.
  1. Dawk mpenjati fil-liturġija huma mitluba biex jiġbru r-roster ta’ Diċembru mis-sagristija.
  1. Se jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien bl-insert tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Diċembru, kif ukoll fuljett bi ħsibijiet u l-programm għaż-Żmien tal-Avvent u l-Milied u l-programm tal-Christmas Village.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja.

Leave a Reply