1. IL-ĦADD (26) Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fil-Parking Area ta’ ħdejn il-Pama. Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita.
  1. IT-TNEJN (27) se jsir Kuncert minn orkestra internazzjonali tal-flute. Dan il-kunċert se jsir fil-Bażilika, fis-7pm u jieħu madwar siegħa. Kulħadd mistieden.
  1. IT-TLIETA (28) Se ssir Adorazzjoni fil-Kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IL-ĦAMIS (30) Se jsir Kunċert minn Voices Yorkshire, fil-Bażilika, fis-7:15p.m. Dan il-kunċert se jieħu madwar siegħa u kulħadd huwa mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) se tiġi organizzata Katina ta’ Rużarju, fil-Kor tal-Bażilika bejn id-9am u s-6pm. Tkun ħaġa sabiħa li fl-egħluq ta’ dan ix-xahar iddedikat lil Madonna insibu ftit ħin biex ninġabru u ngħidu din it-talba tant għażiża. Għad baqa xi ħinijiet vojta għal min jixtieq imexxi Rużarju. Fuq il-mejda ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja hemm formola bil-ħinijiet biex kull min jixtieq jieħu sehem iniżżel ismu fuq din il-formola.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Fil-Bażilika se ssir Quddiesa kantata fis-6:30p.m. fl-ewwel anniversarju mid-digriet tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) se ssir laqgħa ġenituri tal-Addoloxenti li se jersqu għall-Griżma tal-Isqof li se ssir f’Ottubru li ġej. Il-Laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesú, fis-7:00p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Fis-7:00p.m. se jibda Pellegrinaġġ Marjan mill-Museum tas-Subien sal-kappella tal-Madonna tal-Isperanza. Kulħadd mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (31) Se ssir laqgħa fl-Oratorju Marija Immakulata fis-6:30pm minn Dr. Myriam Sciberras għaż-żgħażagħ minn 14-il sena ‘il fuq. Suġġett: il-ħajja sabiħa u prezzjuża.
  1. IL-ĦADD (2), Fil-5:00p.m, fil-Bażilika, se ssir Ċelebrazzjoni bis-sagrament tal-Magħmudija.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster tax-xahar ta’ Ġunju mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra tal-Ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. Il-ġabra li saret fil-Weekend li għada b’risq id-djar tal-Karita kienet ta’ €2,670. Grazzi.
  1. Se jitqassam il-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Ġunju, fil-paġni tan-nofs insibu l-programm tal-parroċċa, l-programm tal-Ġimgħa Ewkaristika flimkien ma informazzjoni oħra.
  1. Nitolbu għal Lilian Galea u Laura Mamo li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply