1. IT-TNEJN (30) Din il-ġimgħa jibda l-katekiżmu għat-tfal fiċ-ċentri kollha tal-parroċċa.
  1. IT-TNEJN (30) Se jibda kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ fiċ-ċentru Sant Andrija. Nitolbu għall-għarajjes li se jattendu għal dan il-kors.
  1. IT-TLIETA (1) nagħtu bidu għax-xahar ta’ Ottubru ix-xahar ta’ Rużarju. Tajjeb li matul dan ix-xahar nitolbu din t-talba b’devozzjoni fil-familji jew ma’ membri oħra tal-Komunita’ Nisranija. Fil-Bażilika se ssir it-talba tar-Rużarju wara l-Quddiesa tas-7:00a.m. u qabel il-Quddiesa tas-6.30pm.
  1. L-ERBGĦA (2) Se jerġgħu jibdew il-Coffee Mornings organizzati mill-fundraising group tal-parroċċa, ta’ kull xahar. Dawn ikunu fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu. Booking mingħand il-helpers tas-soltu.
  1. L-ERBGĦA (2) Se jerġgħu jibdew laqgħat ta’ formazzjoni nisranija għal kulħadd fil-Mustina fl-10am.
  1. L-ERBGĦA (2) Il-Quddies tas-6.30pm fil-Bażilika se tkun b’sufraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem bejn Lulju u Settembru.
  1. Il-ĦAMIS (3) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur għall-qrar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm., bi tħejjija għall-ewwel Ġimgħa tax-xahar.
  1. IL-ĠIMGĦA (4) Fl-okkażżjoni tal-Festa ta’ San Franġisk se ssir Quddiesa fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fl-4pm. Kulħadd mistieden.
  1. IL-ĦADD (6) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza, Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Pjazza Nerik Mizzi, Salvu Zahra, Speranza, Kbira għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. Matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Leġjun ta’ Marija qed jorganizza Rużarju kull nhar ta’ Erbgħa, ħdejn il-Kappella tal-Isperanza u kull nhar ta’ Ġimgħa fil-kappella tal-Każin Nicolo Isouard, fis-7:00p.m.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Bażilika.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija huma mitluba jiġbru r-roster mis-Sagristija.
  1. Hemm il-ħsieb li f’Settembru tas-sena d-dieħla jsir pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa. Bi tħejjija għal dan il-pellegrinaġġ se ssir laqgħa kull xahar ta’ formazzjoni Bibblika minn Dun Pawl Sciberras. Il-laqgħat huma miftuħa għal kulħadd u se jsiru fis-sala tal-Iskola Santa Monika. L-Ewwel laqgħa se tkun il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru fis-7.15pm. Aktar dettalji mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Se jsir Kors ta’ kana bl-Ingliż, aktar dettalji minn fuq in-noticeboard.
  1. Nitolbu għal Rita Muscat, Francesco Tonna, Josephine Deguara, Alessio Sammut u Paul Buhagiar li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…………..

Leave a Reply