1. T-TNEJN (4) Se jsir ħin ta’ talb li fih nimmeditaw u nitolbu permezz tal-Misteri qaddisa tar-Rużarju, fiċ-ċentru ta’ Sant Andrija fid-9:30a.m.
  1. IT-TNEJN (4) Jibda t-tberik tal-familji għal din is-sena, fiz-Zona ta’ Santa Margerita.
  1. IT-TNEJN (4) Fl-4pm se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju.
  1. IT-TLIETA (5) Se ssir laqgħa, bil-Quddiesa tal-Grupp Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum fl-4:00pm.
  1. IT-TLIETA (5), Se ssir laqgħa ta’ tagħlim minn membru tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. fil-Kappella taċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, wara l-Quddiesa tas-6.00pm.
  1. IL-ĦAMIS (7) Fid-9:30a.m. se ssir Quddiesa u Adorazzjoni fis-Seminarju. Trasport mill-pjazza tal-Mosta fid-8:45a.m. Min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tlieta.
  1. IL-ĠIMGĦA (8) Se ssir laqgħa għal dawk mpenjati fil-Liturġija fil-Parroċċa tagħna. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (9) se ssir il-laqgħa ta’ Talb għall-Qdusija tal-Kleru u l-Vokazzjonijiet, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija B’Kara. Jibda fid-9.00p.m. bil-quddiesa u l-Adorazzjoni tibqa’ sejra sal-11pm. Ikun hawn trasport mill-Pjazza.
  1. IL-ĦADD (10) Hija s-solennita tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.
  1. Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja. Min irid aktar informazzjoni jara n-notice boards jew il-Website tad-djoċesi.
  1. Nitolbu għal Doris Pirotta u Emanuel Calleja li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply