1. Qed tkompli l-kitba taż-żimarri tal-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt. L-ilbiesi li baqa’ huma għal tfal ta’ bejn id-8 u 10-il sena u żgħażagħ subien minn 14-il sena ‘l fuq.
  1. IT-TNEJN (1) Se ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju, fl-4:00p.m.
  1. IT-TNEJN (1) Jibdew l-Eżerċizzi għal kulħadd, fil-Knisja Sagra Familja, il-Bidnija, fis-6.00p.m., jipprietka Patri Stephen Sciberras OFM.
  1. IT-TLIETA (2) tkompli l-Istqarrija solenni tal-Fidi, mill-Aħwa tal-Mixja Neo Katekumenali, fil-Katekumenju, fis-7:30p.m. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IT-TLIETA (2) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-kappella tal-Pax et Bonum. Fl-4p.m. jibda Rużarju u Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (3) Quddiesa għal ruħ dawk li mietu fix-xhur ta’ Jannar, Frar u Marzu. Il-Quddiesa se tkun fil-Bażilika, fis-6:30p.m.
  1. IL-ĦAMIS (4) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (5) Se ssir Adorazzjoni tas-Salib u Quddiesa, organizzata mix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla. Tibda fis-6:00p.m., fil-kappella tal-Pax Et Bonum.
  1. IL-ĠIMGĦA (5) Se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (6) Se jkomplu l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena l-fuq, fl-10:00a.m., fiċ-ċentru ta’ Sant Andrija, minn Sr Emma Micallef.
  1. IL-ĦADD (7) Fil-5:00p.m. ssir Ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika.
  1. Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni nhar is-Sibt (6) fis-7.00pm. u l-Ħadd (7) fis-2.30pm u fis-6:30p.m.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien għax-xahar ta’ April, fil-paġni tan-nofs issibu l-programm għal dan ix-xahar u għall-Ġimgħa Mqaddsa u t-tberik tal-Familji.
  1. Ir-Rev. Djaknu Jean Gove, minn din il-parroċċa talab li jingħata l-ordni Sagru tal-Presbiterat. Fuq in-notice board tal-knisja ħarġu t-tnidijiet.
  1. Se jerġa jiġi organizzat Kors ta’ 7 laqgħat għall-miżżewġin. L-għan ta’ dan il-kors hu li tiġġedded r-relazzjoni ta’ bejn il-kopja. Il-Kors jibda is-Sibt 27 ta’ April. Aktar dettalji u applikazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Nitolbu għal Emanuel Cassia, John Vella u Mark Chetcuti li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem …..

Leave a Reply