1. IT-TNEJN (10) Festa ta’ Marija Omm il-Knisja, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit, fis-6pm se ssir Quddiesa kantata. Kulħadd huwa mistieden.
  1. IT-TLIETA (11) Se ssir Quddiesa għall-missirijiet ħajjin u mejtin, fid-30am, fl-Oratorju Marija Mmakulata. Wara ssir laqgħa organizzata mill-Azzjoni Kattolika. Kulħadd mistieden.
  1. IL-ĠIMGĦA (14) Bi preparazzjoni għall-preċett, fil-Bażilika, se jkun hawn il-qrar mill-5.00pm sas-7.00pm u jkompli s-SIBT (15) mis-6.00am sal-11.00am.
  1. IS-SIBT (15) Fil-11.00am jibda r-Rużarju u wara quddiesa fuq l-artal ta’ Santa Marija. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. Fil-Weekend li ġej numru ta’ tfal fil-parroċċa tagħna se jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Is-Sibt (15) fis-6:30p.m. fil-Bażilika, se jkollna l-ewwel grupp ta’ tfal. Il-Ħadd (16) se ssir Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Ta’ Mlit, fil-11:30am, u fis-6:00p.m. fil-Bażilika se jkun hawn grupp ieħor ta’ tfal li se jirċievu dan is-sagrament. Minħabba f’hekk il-Quddies tal-Ħadd fil-5:30p.m. se jsiru fil-Katekumenju ta’ ħdejn il-Knisja.
  1. IL-ĠIMGĦA 21 TA’ ĠUNJU se tiġi organizzata Mixja favur il-ħajja. Nagħrfu s-sabiħ tal-ħajja sa mill-bidu nett u sat-tmiem naturali tagħha. Se nibdew fit-8:00p.m. fil-Knisja ta’ Sant Anna ż-Żebbiegħ, fejn jkun hemm ħin ta’ talb u wara nimxu sa ħdejn il-kappella ta’ San Pawl tal-Qlejja fejn nagħlqu wkoll b’ħin qasir ta’ talb u wara nieħdu drink flimkien. Se jiġi organizzat trasport mill-Pjazza tal-Mosta saż-Żebbiegħ fis-7:30p Kull min għandu bżonn trasport mill-pjazza saż-Żebbiegħ għandu javża fl-uffiċċju parrokjali.

Leave a Reply