1. IL-ĦADD (6) Issir il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-5:30p.m. quddiesa kantata u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li tgħaddi mill-Pjazza, Kostituzzjoni, Kurat Schembri, Pjazza Nerik Mizzi, Salvu Zahra, Speranza, Kbira għall-Bażilika. Matul il-purċissjoni tingħad it-talba tar-Rużarju.
  1. IT-TNEJN (7) Se ssir Quddiesa għat-tfal kollha li jattendu ċ-ċentri tad-Duttrina, tal-bidu tas-sena Kateketika, fil-Bażilika fil-5:00p.m.
  1. IT-TNEJN (7) Quddiesa fiċ-Cimiterju fis-6pm.
  1. IT-TNEJN (7) Se jibdew Katekeżi għall-Adulti u għaż-żgħażagħ, fil-Katekumenju, fis-7:15pm. Dawn il-katekeżi se jibqgħu isiru kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis. Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.
  1. IL-ĠIMGĦA (11) Se ssir Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-ewwel tqarbina, fis-7:00p.m. fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu.
  1. IL-ĠIMGĦA (11) Se ssir l-ewwel laqgħa ta’ formazzjoni Bibblika bi preparazzjoni għall-pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa. Il-laqgħa se tkun fis-7:15p.m., fl-iskola Santa Monika, bit-tema: Pellegrinaġġ? Għax mhix ġita? U se titmexxa minn Dun Pawl Sciberras.
  1. IS-SIBT (12) Se jsir Seminar, għall-Addoloxenti li se jirċievu s-Sagrament tal-konfermazzjoni. Is-Seminar se jsir bejn l-4.30pm u s-7:30p.m., fl-Iskola taz-Zokkrija l-Mosta.
  1. IL-ĦADD (13) Fil-5p.m., fil-Bażilika, jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦADD (13) Se ssir il-festa fil-Knisja ta’ Wejda, fi Triq it-Torri. Fit-8:30am. u fis-6:30p.m. se jsir Quddies tal-festa.
  1. L-ERBGĦA 16 ta’ Ottubru se tiġi organizzata Ħarġa għall-Anzjani għall-istudios ta’ Radju Marija, fejn se nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u wara ħin soċjali fis-Seminarju. Aktar dettalji minn fuq in-noticeboards. Booking mill-uffiċċju parrokkjali.
  1. Tqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien bl-insert tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Ottubru, kif ukoll Appell u Envelope għad-donazzjoni tagħna b’risq il-Missjoni. L-Envelope bid-donazzjoni jista’ jinġabar mill-istreet leaders jew jista jingħata fl-uffiċċju parrokkjali jew il-Bażilika.
  1. Nitolbu għal Carmena Schembri li għaddiet għal ħajja ta’ dejjem. Agħtiha O Mulej…………..

Leave a Reply