1. Mil Llum il-Quddiesa li ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, kull nhar ta’ Ħadd fis-7pm se terġa tibda ssir bil-Malti, peress li ma kienx hemm rispons biżżejjed għal quddiesa bl-ingliż. Għal dawk li jifhmu bl-Ingliż biss se jkun hemm fuljetti tal-qari bl-Ingliż.
  1. IT-TNEJN (11) jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Bażilika, fid-9am.
  1. L-ERBGĦA (13) L-Anniverarju tal-għażla tal-Papa Franġisku, hu Jum b’rabta speċjali mat-titlu tal-Bażilika Minuri tal-Papa. Il-Quddiesa tas-6:30p.m., tkun kantata u bil-prietka.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika jingħad r-Rużarju u wara tiġi ċċelebrata l-Quddiesa.
  1. IL-ĠIMGĦA (15) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IT-TLIETA 19 ta’ Marzu se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sal-Mosta bil-mixi. Għal min irid se jiġi organizzat trasport mill-Mosta għal Mellieħa. Fid-9:30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u wara nibdew il-pelelgrinaġġ bil-mixi għall-Mosta. Fil-mixja tagħna se nieqfu fil-Knisja tal-Manikata għal mument ta’ talb u ħin għal ikel u nerġgħu nagħmlu waqfa oħra fil-Knisja taż-Żebbiegħ. Min jeħtieġ it-trasport u l-ikel mitlub jibbukja fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. L-ERBGĦA 20 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir għall-Anzjani għal żmien ir-Randan, għand is-Sorijiet ta’ St Joseph ir-Rabat. Imexxi Fr Roy Galdes. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. IS-SIBT 23 ta’ Marzu se tibda l-Kitba taż-żimarri għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt bejn it-3.30pm u s-6.30pm u titkompla l-għada l-Ħadd (24) bejn it-8.00am u l-11.00am. It-tfal subien u bniet jiltaqgħu fis-Sagristija tal-Bomba. Minn din is-sena il-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jieħdu sehem, iridu jimlew formola li hi meħtieġa minħabba l-liġi l-ġdida tad-Data Protection.  Dawn il-formoli jistgħu jinġabru minn fejn il-bieb prinċipali tal-Bażilika jew mill-Uffiċċju Parrokkjali jew miċ-ċenti tad-Duttrina.  Importanti li t-tfal li jiġu biex jinkitbu iġibu magħhom din il-formola mimlija u iffirmata mill-ġenituri dakinhar tal-kitba.
  1. Il-Ġabra speċjali li saret il-Ġimgħa l-oħra b’risq il-Parroċċa kienet ta’ €2410. Grazzi tas-sehem tagħkom.
  1. Nitolbu għal Pinu Caruana, Paul Gatt u Sylvia Attard li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply