1. IL-ĦADD (11) Fil-Bażilika, fil-5:00p.m. jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦADD (11) issir il-festa ta’ San Anard, fil-kappella ddedikata lilu, fis-6:00p.m. issir Quddiesa kantata.
  1. IT-TNEJN (12) Se ssir laqgħa ta’ Tagħlim organizzata mill-Grupp EBDA, fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m. Imexxi is-Superjur Joe Fenech.
  1. IL-ĦAMIS (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) fl-4.00p.m. se ssir Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (16) Se ssir l-Assemblea Parrokkjali, nibdew bil-Quddiesa tas-6:30p.m. fil-Bażilika u wara fis-7:00p.m. niltaqgħu fil-Katekumenju ta’ wara l-Knisja. Din is-sena l-Assemblea se tkun bit-tema: Iż-Żgħażagħ huma l-Futur tal-Parroċċa. Kulħadd hu mistieden, iżda qed inħeġġu liż-żgħażagħ biex jieħdu għal din id-diskussjoni u jagħtu l-opinjoni tagħhom.
  1. IL-ĦADD (18) Fil-Quddiesa tal-11am, fil-Bażilika se jsir it-tiġdid tat-tesserament tal-Membri tal-Azzjoni Kattolika.
  1. IL-ĦADD (18) Issir il-festa fil-kappella tal-Madonna ta’ l-Isperanza. Minn nhar l-Erbgħa sal-Ħadd, fil-5:00p.m. jingħad r-Rużarju u fil-5:30p.m.  ikun hemm Quddiesa.
  1. Il-ġabra speċjali li saret fil-Weekend b’risq il-parroċċa tagħna kienet ta’ €2,500. Grazzi.
  1. Nitolbu għal Michael Catania li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply