1. IT-TNEJN (18) jibdew korsijiet ta’ Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd:
  • Fil-Kappella tal-Pax et Bonum, fit-3.00 p.m. minn Patri Deo Debono OSA.
  • Fil-kappella tas-Sorijiet Agostinjani fis-6:00p.m. minn Dun Anton Mamo.
  • Fiċ-Ċentru Sant’Andrija fis-6.00 p.m. minn Dun Antoine Borg.
  • Għar-Romol, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6:00p.m. mis-Sur Joe Borg.
  1. IT-TLIETA (19) Festa ta’ San Ġużepp. Il-ħin tal-Quddies, fil-Bażilika ikun bħal ta’ matul il-Ġimgħa u tiżdied quddiesa oħra fl-10am.
  1. IT-TLIETA (19) Se jsir pelleġrinaġġ mill-Mellieħa sal-Mosta bil-mixi. Għal min irid se jiġi organizzat trasport mill-Mosta għal Mellieħa. Fid-9:30a.m. nieħdu sehem fil-Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u wara nitilqu bil-mixi għal Mosta. Fil-mixja tagħna se nieqfu fil-Knisja tal-Manikata għal mument żgħir ta’ talb u ħin għal ikel u nerġgħu nagħmlu waqfa oħra fil-Knisja taż-Żebbiegħ. Min jeħtieġ trasport irid jibbukja wara l-Quddiesa.
  1. L-ERBGĦA (20) il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir għall-Anzjani għal żmien ir-Randan, għand is-Sorijiet ta’ St Joseph ir-Rabat. Imexxi Fr Roy Galdes. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
  1. L-ERBGĦA (20) Fl-4:00p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĦAMIS (21) Se ssir Adorazzjoni u Quddiesa, b’talb għal fejqan, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, fis-7:30p.m. minn P. Franco.
  1. IL-ĠIMGĦA (22) Se jsiru Eżerċizzi għall-adoloxxenti bejn 12 u 15–il sena fl-Oratorju Marija Immakulata, fis-6:30p.m.
  1. IS-SIBT (23) se tibda l-Kitba taż-żimarri għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Kristu Rxoxt bejn it-3.30pm u s-6.30pm u titkompla l-għada l-Ħadd (24) bejn it-8.00am u l-11.00am. It-tfal subien u bniet jiltaqgħu fis-Sagristija tal-Bomba. Minn din is-sena il-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jieħdu sehem, iridu jimlew formola li hi meħtieġa minħabba l-liġi l-ġdida tad-Data Protection.  Dawn il-formoli jistgħu jinġabru minn fejn il-bieb prinċipali tal-Bażilika jew mill-Uffiċċju Parrokkjali jew miċ-ċenti tad-Duttrina. Importanti li t-tfal li jiġu biex jinkitbu iġibu magħhom din il-formola mimlija u iffirmata mill-ġenituri dakinhar tal-kitba.
  1. IL-ĦADD (24) Se jkomplu l-Eżerċizzi għaż-żgħażagħ minn 16 -il sena l-fuq, fis-2:00p.m., fil-Kappella ta’ Santa Margerita, minn Sr Emma Micallef.
  1. IL-ĦADD (24) Fil-Bażilika, fil-5:m. ssir iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  1. IT-TLIETA 26 ta’ Marzu, se jiġi organizzat pellegrinaġġ penitenzjali għall-Knisja tar-Redentur ġewwa l-Isla. Nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u wara ssir il-Via Sagra. Kull min jixtieq jattendi għandu jibbukkja fiż-Żoni jew fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  1. Il-Parroċċa tal-Mosta ħarġet sett ta’ għaxar santi tal-bizzilla tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira. Din il-kollezzjoni unika tinsab għal bejgħ mis-Souvenir Shop tal-Bażilika.
  1. Nitolbu għal John Camilleri u Theresa Vella li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply