1. IT-TLIETA (26) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella ta’ Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IT-TLIETA (26) Jkomplu l-Katekeżi għall-Adulti u għaż-Żgħażagħ li qed isiru kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa mill-mixja Neo Katekumenali, fis-7.15pm, fil-katekumenju.
  1. IL-ĦAMIS (28) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) Se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li uliedhom se jersqu għas-Sagrament tal-Grima tal-Isqof. Il-laqgħa se ssir fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:00p.m.
  1. IS-SIBT (2), Se jsir ħin ta’ talb li fih nimmeditaw u nitolbu permezz tal-Misteri qaddisa tar-Rużarju, fil-Kappella tac-Centru Pastorali Sant’Andrija fid-9.30 a.m. 
  1. IS-SIBT (2) Il-Fundraising group tal-Parroċċa se jorganizza Party tal-Karnival għall-familja kollha, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-7:30p.m. Se jsiru diversi attivitajiet għat-tfal fil-Youth Centre u Party għall-Adulti fis-Sala. Booking mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar il-Ħamis li ġej.
  1. IL-ĦADD (3) Fil-5pm, fil-Bażilika issir iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija.
  1. IL-ĦADD (3) Issir Il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. IT-TNEJN 4 TA’ MARZU, se jibda jiltaqa’ grupp ta’ talb, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’ mis-6.00 sat-8.30pm. Se jkun hemm ħin ta’ talb u lezzjonijiet ta’ kant u tifħir.
  1. Se jitqassam il-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Marzu, fil-paġni tan-nofs insibu l-programm tar-Randan u tal-Eżerċizzi, flimkien ma nformazzjoni oħra.
  1. Dawk impenjati fil-Liturġija, huma mitluba jiġbru r-roster mis-Sagristija.
  1. Nitolbu għal Beatrice Grech, Mario Bugeja u Nikolai Attard li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply