1. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum wara l-quddiesa tad-9am.
  1. IL-ĦAMIS (29) Il-Quddiesa tas-6:30pm, fil-Bażilika se tkun animata għat-tfal kollha tal-parroċċa. Wara l-quddiesa se jiġu organizzati crafts fuq iz-zuntier. It-tfal kollha huma mistiedna jieħdu sehem.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Se ssir Adorazzjoni fiċ-Ċentru Sant’Andrija fl-10am.
  1. IL-ĠIMGĦA (30) Il-Fund Raising Group tal-Parroċċa flimkien mal-Grupp Armar Marija Assunta se jorganizzaw Ikla ta’ wara l-Festa, fil-parking area ta’ ħdejn il-Bażilika. Tibda fis-7pm bit-tombla u fit-8pm l-ikel. Booking sa nhar l-Erbgħa li ġej.
  1. IL-ĦADD (1) Se jiġi ċċelebrat s-sagrament tal-Magħmudija fil-5:00p.m.
  1. Qed jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien, li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Settembru u l-programm Kateketiku għat-tfal għas-sena li jmiss. Iż-żewġ ġenituri li għandhom uliedhom se jibdew jattendu għall-Katekiżmu għall-Ewwel darba għandhom japplikaw minn qabel. Il-ġranet ta’ meta se jsiru l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni kollha jinsabu ukoll fil-Flimkien.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali tal-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-bażilika.
  1. Nitolbu għal Domenica Bezzina u Tereza Bonnici li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej…..

Leave a Reply