1. Dan il-weekend qed jiġi amministrat s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Nitolbu għal dawk li se jirċievu dan is-sagrament. IL-ĦADD (27) Il-quddiesa tal-ħin, tal-5:30p.m. se ssir fil-Katekumenju.
  1. IT-TLIETA (29) Se ssir Adorazzjoni fil-kappella tal-Pax et Bonum, wara l-quddiesa tad-9am.
  1. L-ERBGĦA (30) Il-Quddiesa tas-6:30p.m., fil-Bażilika, tkun biss sehem tat-Terzjarji Karmelitani, fl-anniversarju tal-mewt ta’ Patri Avertan Fenech, Patri Mosti li miet b’fama ta’ qdusija.
  1. IL-ĦAMIS (31) fil-Bażilika, ikun hemm il-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar minn konfessur barra l-parroċċa.
  1. IL-ĠIMGĦA (1) hija s-Solennita tal-Qaddisin kollha. Fil-Bażilika, fis-6:30p.m. ssir quddiesa kantata.
  1. IS-SIBT (2) nagħmlu t-tifkira solenni tal-mejtin kollha. Il-Quddiesa tat-8.30am, se ssir fil-Kannierja, minflok fil-Bażilika u wara se jsir t-tberik tal-oqbra tal-Kannierja.
  1. IL-ĦADD (3) Fl-4p.m. issir Quddiesa bit-tberik taċ-ċimiterju.
  1. IL-ĦADD (3) Fil-5p.m. se jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija, fil-Bażilika.
  1. F’Novembru, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju, fl-4:00p.m.
  1. Tul ix-xahar ta’ Novembru naħsbu b’mod aktar mis-soltu fil-qawmien għall-ħajja ta’ dejjem. Il-Qaddisin u l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja diġa jinsabu fiha. Il-familjari ta’ dawk li mietu matul din is-sena li jixtiequ jġibu santa tal-għeżież tagħhom jistgħu jwaħħluha mal-board, li se jsir apposta biex lkoll nitolbu għalihom. Min jixtieq jista wkoll jikteb l-ismijiet tal-għeżież mejtin fuq l-karti li se jkun hemm ħdejn il-board.
  1. Se jitqassam fi djarkom il-Fuljett Flimkien bl-insert tal-parroċċa; li jinkludi l-programm parrokkjali għax-xahar ta’ Novembru. L-envelopes tal-Missjoni jistgħu jingħataw fl-uffiċċju parrokkjali jew il-Bażilika.
  1. Dawk impenjati fil-liturġija huma mitluba jiġbru r-roster ta’ Novembru, mis-sagristija.
  1. Il-Ħadd li ġej issir il-ġabra speċjali ta’ l-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  1. Nitolbu għal Agnes Fenech, Carmelo Bonnici u Grezzju Galea li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply