1. IL-ĦADD (21) Niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Rxoxt. Fid-8:45am. il-Ministri Straordinarji tat-tqarbin joħorġu jqarbnu lill-morda fi djarhom. Fid-9:30am issir Quddiesa bis-sehem tat-tfal tal-parroċċa, li joffru figolla għal persuni fil-bżonn. Wara l-Quddiesa jsir it-tberik tal-figolli, fuq iz-zuntier tal-Bażilika. Filgħaxija, fil-5:30p.m. issir Quddiesa kantata tal-Għid il-Kbir u wara tibda d-demostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.
  1. IT-TNEJN (22) ikompli t-tberik tal-familji. Hija okkażżjoni li s-saċerdot jitlob flimkien mal-membri tal-familja waqt li jwassal l-barka u l-paċi ta’ Kristu Rxoxt, it-tberik jibda fl-4:00pm. Il-programm tat-tberik qiegħed fil-fuljett li se jitqassam fi djarkom, minn fuq n-noticeboards tal-knisja, minn fuq il-facebook page “mostaparish” jew minn fuq il-Website tal-Parroċċa – mostachurch.com. Navżaw li matul iż-żmien tat-tberik il-funerali fil-parroċċa jsiru filgħodu biss.
  1. IT-TLIETA (23) Il-Kummissjoni tfal tal-parroċċa se torganizza żjara lit-tfal tal-istitut tal-Creshe ta’ Ta’ Sliema. Waqt din iż-żjara it-tfal se joffru figolli li jġibu huma. Dawk it-tfal li jixtieq jattendu għandhom javżaw wara l-Quddiesa.
  1. IS-SIBT (27) Se ssir l-Ordinazzjoni Preżbiterali, fosthom ta’ Fr. Jean Gove mill-parroċċa tagħna. L-ordinazzjoni se ssir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fid-9:15am.
  1. IS-SIBT (27) Se jsir il-pussess ta’ Fr Charlo Muscat bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem B’Kara waqt Quddiesa li se tibda fis-6.30pm.
  1. IL-ĦADD (28) Niċċelebraw il-Festa tal-Ħniena Divina. Fil-Kappella tal-Pax Et Bonum wara l-Quddiesa td-9:30am ssir siegħa Adorazzjoni u fil-Bażilika, ssir siegħa Adorazzjoni li tibda fl-4:30pm u Quddiesa fil-5:30pm.
  1. L-Arċipriet, s-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokjali jawguraw lilkom ilkoll l-Għid it-tajjeb.
  1. Nitolbu għal Joe Camilleri li għaddha għal ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej, il-mistrieħ……

Leave a Reply