1. MIT-TNEJN (14) SAL-ĠIMGĦA (18) se jsir Bazaar fis-Sala Papa Wojtyla, tal-Oratorju Marija Immakulata, li jintemm b’Fiera li se ssir nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8:30a.m. u n-12:30p.m.
  1. IT-TLIETA (15) Fil-11.00am Rużarju u wara quddiesa fil-Kor tal-Bażilika. Kulħadd mistieden jattendi.
  1. L-ERBGĦA (16) Fl-4p.m. se ssir laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-kappella ta’ San Anton Abbati.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) Fl-4:00p.m. Adorazzjoni organizzata mill-Co Workers ta’ Mother Teresa, fil-Kor tal-Bażilika.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) Jerġa jibda jiltaqa l-Grupp E.B.D.A., grupp li jiddiskuti l-Bibbja. Il-laqgħat isisu fil-Mustina fil-5p.m.
  1. IL-ĠIMGĦA (18) Se issir l-ewwel laqgħa, minn sensiela ta’ tlett laqgħat, għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Jannar u Ġunju 2020. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Sant’ Andrija, fis-7:30p.m.
  1. IL-ĦADD (20) Issir il-Festa tal-Konsagrazzjoni tal-Bażilika. Fil-Quddiesa tal-11am se jieħu “Grand Choir Holland”, kor Olandiż li ħa sehem f’diversi kunċerti u ċelebrazzjonijiet kbar. Kwarta qabel u wara l-Quddiesa l-organista se jdoqq siltiet fuq l-orgni prinċipali. 
  1. IL-ĦADD (20) Hija l-Ġurnata Missjunarja. Ta’ kull sena noffru t-talb u l-għajnuna fi flus lill-knejjes u lil ħutna fl-artijiet tal-missjoni. Il-ġbir li jsir waqt il-quddies jkun l-offerta tagħna għall-missjoni. Qed nistiednu lil kull min għamel xi esperjenza missjunarja biex jieħdu sehem fil-quddiesa tal-5:30p.m., fil-Bażilika.
  1. Il-Ġabra speċjali b’risq il-parroċċa tagħna, li saret fil-weekend li għadda kienet ta’ €2,520. Grazzi.
  1. Min jixtieq jerfa’ f’xi vara tal-pellegrinaġġi tal-Kurċifiss, Redentur, Duluri jew l-iRxoxt, għandu jiġbor l-applikazzjoni mill-uffiċċju parrokjali, nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru, bejn il-11am u 12pm, jew il-Ħadd 20 ta’ Ottubru bejn l-10.30am u l-11am.
  1. Nitolbu għal Sr Prisca Farrugia Agostinjana u Marija Carmela Attard li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom O Mulej……

Leave a Reply