Archive for the ‘Aħbarijiet miz-Zoni’ Category

IL-ĦADD (20) issir il-festa ta’ San Anton Abbati fil-kappella ddedikat lilu. Fl-10am isir it-tberik ta’ l-annimali u fil-5:30pm ikun hemm Quddiesa. IL-ĠIMGĦA (25) Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Tintemm il-Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir Adorazzjoni fiċ-ċentru ta’ Sant Andrija, fl-10am. IL-ĠIMGĦA (25) Se ssir laqgħa għal min hu interessat li […]

IT-TLIETA (15) Se ssir Adorazzjoni tal-grupp tal-Ħniena Divina, fil-kappella tal-Pax et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9:00a.m. IT-TLIETA (15) Se ssir quddiesa fuq l-altar tal-Assunta fil-Bażilika. Fil-11.00am Rużarju u wara tibda quddiesa. L-ERBGĦA (16) Se ssir Laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Kappella ta’ Sant’ Anton Abbati. Tibda fl-4pm b’quddiesa. IL-ĠIMGĦA (18) Nagħtu bidu għal-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara. […]

IT-TNEJN (7) Fl-4:00p.m. Quddiesa fiċ-Ċimiterju. IT-TLIETA (8) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa. IL-ĦADD (13) Niċċelebraw il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. Il-Ġabra li saret fl-aħħar tas-sena għall-familji fil-bżonn, fil-parroċċa tagħna kienet ta’ €910 u għad-Dar tal-Providenza kienet ta’ €1515. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-ġenerożita’ tiegħu. Il-Kummissjoni Djakonija se […]

IL-ĦADD (30) Festa tal-Familja Mqaddsa. Se jsir l-Għoti tad-Demm bejn it-8.30am u s-1pm., fl-Oratorju Marija immakulata . Infakkru li min se jagħti d-demm mitlub jippreżenta l-karta tal-identita. Il-quddiesa tal-11a.m. tkun bis-sehem tal-Kummissjoni Familja. Il-Familji kollha mistiedna, b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din is-sena. Wara l-Quddiesa tal-11am tkompli l-Adorazzjoni sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. IT-TNEJN […]

Il-ĦADD (23) Saint Monica Choir se jtella kunċert għal dan iż-żmien tal-Milied fil-Kappella tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu, fis-6pm, waqt li l-Banda Nicolo Isouard se ttella’ Kunċert fis-Sala tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fis-7.30p.m. IT-TNEJN (24) Lejliet il-Milied, Fil-Bażilika ikun hawn il-qrar bejn id-9 u 11am u mill-4pm l-quddiem. Fis-6:00p.m. tibda l-purċissjoni tal-Bambin li toħroġ mill-Museum tas-Subien […]

Bħalissa għaddej il-Christmas Village fil-Pjazza tal-Mosta. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti. B’dan il-mod jista jissaħħaħ is-sens komunitarju. IL-ĦADD (16) Se jsir kunċert għal żmien il-Milied, mill-Kor Mirabitur, fil-Bażilika tal-Mosta fis-6:30p.m. Dan il-programm se jkun ta’ siegħa. Kulħadd huwa mistieden. Matul din il-ġimgħa se nkomplu bin-novena tal-Milied, fil-Quddiesa tas-6:30p.m fil-Bażilika: IT-TNEJN (17) se jieħdu sehem […]

IT-TLIETA (11) Se ssir laqgħa ta’ Talb tal-Grupp ta’ Padre Pio, fil-Kappella tal-Pax et Bonum. Tibda fl-4:00p.m. bil-Quddiesa. IL-ĦAMIS (13) Se jsir il-ftuħ ta’ Wirja ta’ Presepji fil-Maħżen tal-Armar, fil-Pjazza tal-Mosta. IS-SIBT (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-Bażilika. IS-SIBT (15) Nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Fil-quddiesa tal-5:00p.m. fil-Bażilika se jieħdu […]

IL-ĦADD (2) Waqt il-Quddiesa tal-11:00a.m. fil-Bażilika, it-tfal huma mħeġġa li jġibu l-Girlanda tal-Avvent biex iberkuha. IT-TNEJN (3) Se ssir Quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4pm. IL-ĦAMIS (6) Fil-Bażilika jkun hemm konfessur minn barra l-parroċċa għall-qrar bi tħejjija għall-ewwel ġimgħa tax-xahar, bejn id-9 u 11am u l-4:30 u s-6:00pm. IL-ĦAMIS (6) Il-Kummissjoni Djakonija se torganizza Irtir tal-Avvent għal anzjani, […]

GĦADA / LLUM Il-ĦADD (25) Tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ Kristu Re. Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna tibda fil-5p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana. MIT-TNEJN (26) SAL-ĠIMGĦA (30) se ssir il-Festa ta’ Sant Andrija, fil-kappella l-antika ta’ Sant Andrija, fis-6:00p.m. se ssir Quddiesa bil-kant u bil-prietka. IT-TLIETA (27) Se ssir Adorazzjoni […]

L-ĦADD (18) Issir il-festa tal-Madonna tal-Isperanza, fil-5:30p.m. se ssir Quddiesa kantata. IT-TLIETA (20) Se ssir Adorazzjoni mill-Grupp tal-Ħniena Divina, fil-Kappella tal-Pax Et Bonum, wara l-Quddiesa tad-9am. IT-TLIETA (20) Se ssir quddiesa b’talb għall-fejqan, mill-grupp Kariżmatiku ‘Paċi u Sliem’, fil-Knisja ta’ Ta’ Mlit, fis-7:30pm. Imexxi Patri Elija Vella ofm. L-ERBGĦA (21) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u […]